Archive for June, 2015

Iħallina Dun Karm Cassar

Francesco Pio Attard

dun-karm-cassar.jpgIllum il-Ġimgħa 12 ta’ Ġunju 2015, fis-solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù meta l-Knisja titlob għall-qdusija tas-saċerdoti tagħha, fis-7.45am ħalliena fl-età ta’ tlieta u disgħin sena it-tieni l-ixjeħ saċerdot tad-Djoċesi ta’ Għawdex, Dun Karm Cassar minn Għajnsielem.  Minkejja l-età tiegħu, Dun Karm baqa’ sal-aħħar jispira żelu kbir għal Kristu u l-Knisja, u naturalment għal raħal twelidu!  Ħafna huma l-kitbiet li ħarġu mill-pinna tiegħu dwar l-istorja tar-raħal ta’ Għajnsielem u l-parroċċa tiegħu.

Dun Karm twieled fl-14 ta’ Settembru 1921, l-iżgħar fost seba’ aħwa.  Ta’ tmien snin daħal abbati u ssieħeb ukoll mal-“Kavallieri ta’ Sant’Antnin”, grupp vokazzjonali tal-Patrijiet Franġiskani ‘ta’ Ġieżu’ f’Għajnsielem.  Membru tal-Għajnsielem Sea Scouts, beda minn ċkunitu juri interess fil-mużika u daħal idoqq il-klarinett mal-Banda San Ġużepp ta’ Għajnsielem.  Tgħallem ukoll il-pjanu, u b’hekk għal erbgħin sena sħaħ seta’ jagħti servizz bid-daqq ta’ l-orgni fil-knisja l-qadima ta’ Għajnsielem. Continue reading >>

Ordinazzjoni ta’ Djakni Ġodda fid-Djoċesi ta’ Għawdex

ordinazzjoni-ta-djakni-2015.jpg

Bullettin tal-Ħadd 14 ta’ Ġunju 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-gunju-14.jpg

L-Isqfijiet tagħna jħabbru li pajjiżna għandu żewġ Santwarji Nazzjonali

L-Arċisqof Scicluna fl-ewwel żjara uffiċjali lill-Knisja ta’ Għawdex ibierek il-mużajċi ġodda f’Ta’ Pinu

15m_2116.jpg

“F’att solenni tagħha l-Konferenza Episkopali Maltija tħabbar li s-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex u dak tal-Madonna tal-Mellieħa f’Malta huma ż-żewġ Santwarji Nazzjonali ta’ pajjiżna”.  Dan ħabbru l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech, President tal-Konferenza Episkopali Maltija, waqt l-ewwel żjara uffiċjali ta’ Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta, fid-Djoċesi ta’ Għawdex.  (Għalkemm dawn iż-żewġ siti Marjani ilhom meqjusa bħala santwarji nazzjonali, sa issa ma kien hemm l-ebda digriet uffiċjali tal-Konferenza li jikkonferma dan.) Continue reading >>

Il-Pellegrinaġġ Annwali tal-Ordni ta’ Malta fis-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu

 

ordni-ta-malta-pellegrinagg-ta-pinu-2015.jpg

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ordni ta’ Malta organizzat il-Pellegrinaġġ Annwali tagħha lejn is-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu nhar is-Sibt 30 ta’ Mejju 2015.  Dan hu appuntament annwali għall-Kavallieri ta’ Malta li jakkumpanjaw il-pellegrini lejn dan is-Santwarju Marjan.  Il-morda u anzjani kienu ġejjin minn bosta sptarijiet u djar tal-anzjani kemm f’Malta u kemm f’Għawdex, b’mod partikulari mir-Residenza San Vinċenz de Paul, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Dar San Duminku u Dar l-Arka.  Attendew Dr Anton Refalo, Ministru għal Għawdex, Dr Justyne Caruana, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Persuni b’Diżabbiltà, u s-Sur Anton Tabone, eks-Ministru għal Għawdex.

Il-Quddiesa ġiet iċċelebrata mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech, Kappillan Konventwali Gran Croce ad honorem.  Wara, il-pellegrini ġew akkumpanjati taħt skorta tal-pulizija lejn Villa Fiorita, fejn l-Ordni pprovda l-ikel għal dawk kollha preżenti.  Il-korp tal-voluntiera tal-Ordni assistew ukoll lill-morda matul il-Pellegrinaġġ.

Ritratti: Martin Micallef

Saċerdoti Għawdxin jaġġornaw ruħhom dwar kif iħejju omelija tajba

 

seminar-omiletika.jpg

Fid-Djoċesi ta’ Għawdex aktar kmieni din il-ġimgħa nżamm seminar ta’ aġġornament għas-saċerdoti dwar l-omelija.  Is-seminar ġie organizzat mill-Kummissjoni Liturġika tad-Djoċesi fid-dawl ta’ dak li jikteb il-Papa fl-Evangelii Gaudium u fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tad-Direttorju Omelitiku li ħareġ dan l-aħħar mill-Kongregazzjoni tal-Kult Divin f’Ruma.  Is-Seminar  kien maqsum fuq jumejn – it-Tnejn 1 u t-Tlieta 2 ta’ Ġunju – u nżamm fis-Sala tas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria. Continue reading >>

QALB ĠDIDA GĦALL-KNISJA

Omelija fis-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin
Il-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria
Il-Ħadd 24 ta’ Mejju 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

Fil-ħajja spiss insibu ruħna nistaqsu dwar x’inhu s-sewwa jew x’għandi nagħmel biex nagħmel għażliet tajbin.  Qatt ma nafu biżżejjed.  Għalhekk ngħixu f’tensjoni bir-riskju li niżbaljaw.  Wieħed jawgura li l-iżbalji tagħna jkunu in bona fide għax ma nkunux nafu aħjar. Continue reading >>

L-ISPIRTU JAĠIXXI WKOLL BARRA MILL-KNISJA

Omelija fil-Velja Djoċesana ta’ Għid il-Ħamsin
Knisja Arċipretali ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat
Is-Sibt 23 ta’ Mejju 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

Għalkemm il-profeta jgħid li Alla jsawwab l-Ispirtu tiegħu fuq “il-ħlejjaq kollha… imqar fuq il-qaddejja rġiel u nisa” (Ġoel 3:1-2), jien konvint li ħafna fil-Knisja għandhom diffikultà biex jaċċettaw din il-libertà ta’ Alla.  Mhux lakemm nifhmu kif Alla kapaċi jqassam l-Ispirtu tiegħu fuq kulħadd mingħajr ma joqgħod jagħżel għal raġuni ġeografika, soċjoloġika jew ta’ twemmin.  Continue reading >>