Archive for the 'Press Releases' Category

Ġabra b’risq il-JRS

slide1.JPG

New Tenders uploaded

Go to: http://gozodiocese.org/tenders/

MALTA SER TOSPITA L-LAQGĦA TAL-UFFIĊJALI TAL-MIDJA U L-KELLIEMA TAL-ISQFIJIET EWROPEJ

70-laqgha-ccee-malta.jpg

Fuq stedina tal-Isqfijiet Maltin, il-laqgħa annwali tal-uffiċjali tal-midja u l-kelliema tal-Konferenzi Episkopali Ewropej ser issir f’Malta f’Ġunju tas-sena d-dieħla. Dan tħabbar fi tmiem laqgħa li saret f’Ruma ftit tal-jiem ilu fuq stedina tac-CEI (il-Konferenza Episkopali Taljana). Għal din il-laqgħa Malta kienet irrappreżentata minn Kevin Papagiorcopulo, Delegat tal-Arċisqof għall-Midja, f’isem l-Isqfijiet Maltin.

Kompli aqra minn hawn: 70-laqgha-ccee-malta.pdf

In-service training għall-Għalliema fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex

in-service-training-2018-gozo-church-schools.jpg

Mons. Isqof Mario Grech ikellem lill-Għalliema tal-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex

“Biex il-modernità terġa tiġi ċivilizzata, il-bniedem għandu bżonn ir-reliġjon: meta r-reliġjon hija tradotta poltikament f’lingwaġġ lajk, hija tgħin lis-soċjetà Ewropeja tħares ir-riżorsi morali tagħha”.  Mhux xi ħassieb Kattoliku li qed jinsisti dan, imma Jurgen Habermas, wieħed mill-aktar filosfi influwenti kontemporanji, u li hu wkoll jinzerta li hu ateju.

Kien dan id-diskors li beda bih Mons Isqof meta llum ta bidu għal tlett ijiem in-service training għall-edukaturi tal-primarja Għawdxin fl-iskejjel tal-knisja. Mons. Isqof saħaq fuq il-fatt li kull edukatur huwa edukatur tar-reliġjon, mhux ir-reliġjon tal-istejjer, imma r-reliġjon tal-valuri li kull edukatur Nisrani hu mistenni li jħaddan u jgħix bħala xhieda għall-oħrajn. L-edukatur Nisrani mhux biss dak li huwa espert fis-suġġett partikulari tiegħu, imma li dak is-suġġett jgħallmu b’imħabba, u qabel dan iħobb anke lill-istudent, u jifhem minn fejn dan ikun ġej, bil-problemi u sfidi kollha li kull student iġib miegħu. Continue reading >>

Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci maħtur Isqof tad-Djoċesi ta’ Darwin fl-Awstralja

66-rev-charles-victor-emmanuel-gauci.jpg

L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju 2018, Papa Franġisku ħatar lis-saċerdot ta’ nisel Malti, Rev. Charles Victor Emmanuel Gauci, bħala Isqof ta’ Darwin, fl-Awstralja.

Aqra l-komunikat tal-Isqfijiet Maltin fl-okkażjoni ta’ din il-ħatra: 66-isqof-elett-awstralja.pdf

Mis-Seminarju Maġġuri: Sem&U Ġunju 2018

semu-june-2018-1.jpg

Aqra minn hawn: semu-june-2018.pdf

Festa tas-Sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima

festa-ta-pinu-2018.jpg

Velja ta’ Talb bi tħejjija għall-Ordinazzjoni Presbiterali tad-Djaknu Joseph Hili

img_7118.jpg

Ilbieraħ filgħaxija nżammet velja ta’ talb fis-Seminarju djoċesan, bi tħejjija għall-ordinazzjoni presbiterali tad-Djaknu Joseph Hili, mix-Xagħra. Id-djaknu Hili se jkun ordnat saċerdot illum, il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2-19, f’quddiesa fil-Katidral, immexxija minn Mons. Isqof Mario Grech.

Ritratt: charlonphotography