Il-Pellegrinaġġ Annwali tal-Ordni ta’ Malta fis-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu

 

ordni-ta-malta-pellegrinagg-ta-pinu-2015.jpg

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ordni ta’ Malta organizzat il-Pellegrinaġġ Annwali tagħha lejn is-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu nhar is-Sibt 30 ta’ Mejju 2015.  Dan hu appuntament annwali għall-Kavallieri ta’ Malta li jakkumpanjaw il-pellegrini lejn dan is-Santwarju Marjan.  Il-morda u anzjani kienu ġejjin minn bosta sptarijiet u djar tal-anzjani kemm f’Malta u kemm f’Għawdex, b’mod partikulari mir-Residenza San Vinċenz de Paul, l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Dar San Duminku u Dar l-Arka.  Attendew Dr Anton Refalo, Ministru għal Għawdex, Dr Justyne Caruana, Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Persuni b’Diżabbiltà, u s-Sur Anton Tabone, eks-Ministru għal Għawdex.

Il-Quddiesa ġiet iċċelebrata mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech, Kappillan Konventwali Gran Croce ad honorem.  Wara, il-pellegrini ġew akkumpanjati taħt skorta tal-pulizija lejn Villa Fiorita, fejn l-Ordni pprovda l-ikel għal dawk kollha preżenti.  Il-korp tal-voluntiera tal-Ordni assistew ukoll lill-morda matul il-Pellegrinaġġ.

Ritratti: Martin Micallef