Archive for June, 2015

Ħames affreski ġodda għall-“Mixja tal-Pellegrin” fit-triq Ta’ Pinu

dsc_7020.jpg

Fit-triq li twassal għas-Santwarju Nazzjonali Ta’ Pinu, fl-Għarb, Għawdex għadhom kemm twaħħlu l-misteri ta’ Il-Mixja tal-Pellegrin, ħames niċeċ f’forma ta’ bank li jservu ta’ waqfiet ta’ talb u riflessjoni għall-pellegrin fi triqtu lejn is-Santwarju tal-Madonna.  In-niċeċ fihom ħames affreski oriġinali, xogħol l-artist Sergio Favotto, ta’ fama internazzjonali.  Is-suġġetti tagħhom ġew magħżula minn Dun Gerard Buhagiar, Rettur tas-Santwarju, minn fost l-invokazzjonijiet tal-Litanija Lawretana, bl-għan li jirrappreżentaw lid-diversi kategoriji ta’ nies li kuljum iżuru s-Santwarju.  It-temi magħżula huma Marija Għajnuna tal-Insara, Marija Kenn tal-Midinbin, Marija Saħħa tal-Morda, Marija Sultana tal-Familja u Marija Sultana tal-Paċi. Continue reading >>

MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU GĦALL-JUM DINJI TAL-MISSJONI 2015

Għeżież ħuti,

Il-Jum Dinji tal-Missjoni 2015 qed jiġi ċċelebrat bis-Sena tal-Ħajja Kkonsagrata fl-isfond tiegħu u għalhekk minnha jirċievi stimolu għat-talb u r-riflessjoni.  Fil-fatt, jekk kull mgħammed hu msejjaħ biex jagħti xhieda ta’ Ġesù Kristu billi jxandar il-fidi milqugħa bħala don, dan jgħodd b’mod partikulari għall-persuna kkonsagrata, għax bejn il-ħajja kkonsagrata u l-missjoni hemm rabta qawwija.  Il-mixja wara Ġesù, li minnha tnisslet fil-Knisja l-ħajja kkonsagrata, twieġeb għas-sejħa biex nerfgħu s-salib tagħna u nimxu warajH, biex inkunu nixbhuh fl-għotja tiegħu lill-Missier u l-ġesti tiegħu ta’ qadi u mħabba, biex nitilfu ħajjitna ħalli nerġgħu nsibuha.  U la l-ħajja kollha ta’ Kristu għandha dan il-karattru missjunarju, l-irġiel u nisa li jimxu warajh iżjed mill-qrib għandhom jagħmlu tagħhom b’mod sħiħ dan il-karattru. Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 7 ta’ Ġunju 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-gunju-07.jpg