Archive for the 'Homilies' Category

“Nixtieq Knisja ta’ ħajja interjuri u għalhekk temmen fil-qawwa tat-talb” - L-Isqof Grech

santa-marija-tal-katidral-ta-ghawdex-ritratt-jeremy-scicluna.jpgOmelija fis-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija
Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria
Il-Ħamis 15 ta’ Awwissu 2019
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

LEJN KNISJA MISTIKA

Għalina l-Insara, l-Għid tal-Assunta huwa festa singulari. Mhux ta’ b’xejn li l-kotra jagħmlu shut down, iwaqqfu r-rutina tal-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum biex jistrieħu u jieħdu r-ruħ. Jien nixtieq li Santa Marija, barra li tkun mument ta’ relax, tkun ukoll okkażjoni biex nieqfu nirriflettu dwar kif nistgħu ntejbu l-livell tal-ħajja tagħna. Santa Marija tielgħa s-Sema qed tgħidilna biex nerfgħu qlubna ’l fuq, għax aktar ma nitilgħu ’l fuq, aktar naraw ’il bogħod! Il-bniedem għaqli jkun jixtieq jara x’hemm fix-xefaq! ħasra li llum sirna nxommu biss sa imneħirna. Continue reading >>

“Ġesù jħares b’mod ġdid lejn il-bniedem” - l-Isqof Grech

pellegrinagg-facilita-korrettiva-ta-kordin.jpgMinn ġol-Kappella tas-Santwarju Ta’ Pinu, fejn is-Sibt li għadda (6 ta’ April 2019) iltaqa’ u talab ma’ grupp ta’ ħabsin mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, l-Isqof Mario Grech stieden lis-soċjetà tagħna tibdel in-nuċċali li bih tħares lejn dawk li jkunu jiskontaw piena l-ħabs.

Fl-omelija tal-quddiesa, li għaliha kien preżenti grupp ta’ tletin priġunier, akkumpanjati minn tnax-il uffiċċjal tal-Faċilità, l-Isqof ta’ Għawdex saħaq li “l-Vanġelu ta’ Ġesù Kristu jedukana biex naraw aħjar”. Continue reading >>

Iċċelebrat in-Nawfraġju ta’ San Pawl

 prezentazzjoni-tal-kandidati-ghall-grizma-tal-isqof-munxar-10022019.jpg

Omelija fis-Solennità tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl
Knisja parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Munxar
Il-Ħadd 10 ta’ Frar 2019
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

META D-DLAM HUWA DAWL

Kemm hu ikrah il-lejl! Xi drabi l-lejl jaf ikun itwal minn dak li hu, għax ġieli barra titla’ x-xemx imma ġewwa fina jibqa’ l-lejl. Dwar dan nistaqsu lil min hu marid f’qiegħ ta’ sodda u forsi għandu l-kundanna maqtugħa fuq rasu. Dwar dan nisimgħu lil min għandu xi problema tagħfas fuq moħħu u fuq qalbu tant li, minkejja li jkun għajjien, ma jagħlaqx għajn ma’ għajn. Jinsab fid-dlam dak li għandu l-inkwiet serju fiż-żwieġ jew fil-familja. Ma jistax jara xaqq ta’ dawl min hu finanzjarjament mgħaffeġ u mimli xeba’ djun! Dawn huma ftit eżempji ta’ esperjenzi tal-lejl fil-ħajja. Imbagħad hemm iljieli mudlama qatigħ bħal meta nħossu li Alla jkun għeb mix-xefaq ta’ ħajjitna – inħossuna mitlufa! Ma humiex sitwazzjonijiet sbieħ meta wieħed jitlef il-gost ta’ Alla għax jinħakem minn dubji serji tal-fidi jew meta l-istess fidi u l-pakkett reliġjuż ma jibqgħux jagħmlu sens għalih.

Ħadd ma huwa meħlus minn dawn il-fażijiet tal-lejl. Ngħaddu minnhom individwalment, ras għal ras, bħala familji, bħala Knisja, kif ukoll bħala soċjetà. Continue reading >>

“Intom sinjal qawwi u elokwenti tal-preżenza ta’ Alla fostna” - L-Isqof Grech lill-Persuni Kkonsagrati

 jum-il-haja-kkonsagrata-gandlora-2019.jpg

Omelija fil-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej
Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria
Is-Sibt 2 ta’ Frar 2019
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

IL-ĦAJJA KKONSAGRATA STIMOLU TA’ PURIFIKAZZJONI EKKLEŻJALI

Dakinhar li Marija u Ġużeppi għamlu l-preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-Tempju, biex ngħid hekk kienet l-ewwel darba li Ġesù “rifes” fit-Tempju ta’ Ġerusalemm. Dakinhar Alla daħal f’dar li, għalkemm kienet mibnija għalih, fiha ma kienx hemm lok għalih: ġie f’daru u niesu ma laqgħuhx (Ġw 1:11). Għalhekk dakinhar tal-Preżentazzjoni, Ġesù inawgura proċess ta’ restawrazzjoni spiritwali tat-Tempju.

Din il-ġrajja tissejjaħ ukoll il-Festa tal-Purifikazzjoni, għax kif kienet tgħid il-liġi ta’ Mosè, erbgħin jum wara t-twelid tat-tarbija, l-omm kellha tagħmel dan ir-ritwal tat-tisfija.

Jien u nirrifletti dwar dan il-Vanġelu (Lq 2:22-40) ħassejt li nista’ ngħaqqad flimkien dawn iż-żewġ aspetti: Ġesù jmur fit-Tempju (bħal donnu kellu seba’ mitt sena biex jirfes fit-Tempju!) mhux biex tissaffa ommu, imma biex jibda l-proċess tal-purifikazzjoni tat-Tempju – proċess li għadu għaddej anki llum fil-Knisja.

It-Tempju ta’ Ġerusalemm kellu jkun il-post tal-laqgħa ta’ Alla mal-bniedem. Meta Alla jitlob lil Mosè biex iwaqqaflu t-Tinda, huwa jgħidlu: “Jien ngħammar f’nofs ulied Iżrael u jien inkun Alla tagħhom. Quddiem il-bieb tat-Tinda tal-Laqgħa, hemm niltaqa’ mal-poplu ta’ Iżrael. Jien nikkonsagra t-Tinda tal-Laqgħa” (Eż 29:45). Għall-ewwel it-Tinda kienet tkun magħmula mid-drapp (li kien bqajna hekk!), imma mbagħad ġie Salamun li ried jibni monument, forsi mhux tant biex tidher il-glorja ta’ Alla imma għall-glorja tal-bniedem. Huwa fatt li Alla qal lil Salamun: “Mhux inti ser tibnili d-dar biex noqgħod fiha” (2 Sam 7:5). Minn Salamun ’l hawn, twaqqaf it-Tieni Tempju, dak li fih saret il-Preżentazzjoni tal-Mulej. Continue reading >>

Mons. Isqof Mario Grech jiftaħ is-Sena Marjana

img_8233.jpg

Omelija fis-Solennità ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu
Manifestazzjoni djoċesana ta’ Kristu Re u Ftuħ tas-Sena Djoċesana Marjana
Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb
Il-Ħadd 25 ta’ Novembru 2018
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

FIL-KNISJA GĦANDNA NBID?

Fil-ġrajja img_8355.jpgtat-tieġ ta’ Kana, San Ġwann jirrakkontalna xi ħaġa aktar mill-esperjenza ta’ tieġ ta’ żewġ għarajjes friski; hawn huwa jagħtina dettalji dwar il-qagħda reliġjuża ta’ Iżrael li, kif nafu mill-Bibbja, Alla kien “għarras” miegħu fis-sewwa u fil-ħaqq, fl-imħabba u l-ħniena (ara Hos 2:21). Għalhekk nistgħu ngħidu li fil-ġrajja ta’ Kana fil-Galilija għandna wkoll analiżi tagħna bħala Knisja f’Għawdex.

Meta lil Ġesù, Marija tiġbidlu l-attenzjoni li “ma għandhomx inbid” (mhux li spiċċalhom l-inbid, imma li saħansitra ma kellhomx inbid!), f’isem ġensha Marija qed tfisser lil Ġesù li dak li kien il-poplu l-magħżul ta’ Alla, minkejja li kellu tradizzjoni reliġjuża antika ħafna, kien tilef il-gost ta’ Alla, it-Tempju kien iddeludieh bil-kbir, u spiritwalment kien qed iħossu insodisfatt għall-aħħar. Continue reading >>

“Kont barrani u lqajtuni” - L-Isqof Grech

mediterranean-boat.jpg

Aqra wkoll: https://www.agensir.it/quotidiano/2018/7/9/malta-mons-grech-gozo-dio-e-li-immerso-nel-mare-insieme-ai-migranti-monito-contro-il-populismo/

https://www.vaticannews.va/it/vaticano/news/2018-07/migranti-intervento-mons-auza-intervista-vescovo-gozo.html

Omelija fil-Festa tal-Madonna tas-Sokkors
Santwarju parrokkjali ta’ San Girgor il-Kbir u l-Madonna tas-Sokkors, Ta’ Kerċem
Il-Ħadd 8 ta’ Lulju 2018

L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

Hija tassew ħasra li għal ħafna minna l-ġrajja tal-kruċifissjoni ta’ Ġesù tilfet is-seħer tagħha! Irridu l-Kurċifiss bħala parti mill-għamara tagħna, imma mbagħad tgħidilniex nidħlu fil-qalba tal-esperjenza li għadda minnha Kristu msallab. Wieħed jista’ jagħżel jekk jiksibx kurċifiss tal-ġibs, tal-ivorju jew tal-fidda; imma wieħed ma jistax jagħżel li jagħti tifsira egoista ta’ din il-ġrajja (bħal meta nersqu quddiem Ġesù msallab nitolbuh xi grazzja), inqas u inqas li jbattalha minn kull tifsira. Continue reading >>

Is-Seminarju ta’ Għawdex ifakkar lil Patri Arthur Vella SJ

Omelija fit-tmiem tas-Sena ta’ Formazzjoni u b’suffraġju ta’ Patri Arthur J. Vella SJ
Kappella tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria
It-Tlieta 19 ta’ Ġunju 2018
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

fr-arthur-vella-sj-commemoration.jpeg

IL-BNIEDEM TA’ ALLA JURINA T-TRIQ

Elija kien jgħix f’kuntest soċjali korrott! Fi żmienu s-soċjetà kienet tħassret minn rasha tant li s-sultan Aħab u Ġeżabel organizzaw il-qtil ta’ Nabot biex setgħu jistagħnew. Min jaf kemm Elija ħassu konfuż meta Alla bagħtu jgħid lis-sultan: “Int bgħett ruħek biex tagħmel il-ħażin” (1 Slat 21:17-29)!

Għall-bniedem ta’ Alla din hija t-tensjoni ta’ kull epoka. Fil-fatt, is-soċjetà tagħna mhix ħafna aħjar minn dik ta’ żmien Elija. Illum tant messejna l-qiegħ li wasalna biex inqiegħdu f’riskju l-ħajja umana biex nagħmlu l-flus. Il-mistoqsija li tqum hija x’inhu mistenni minna li nagħmlu f’dan il-kuntest! Continue reading >>

Anniversarji ta’ saċerdoti u reliġjużi fil-Bażilika tan-Nadur

Omelija f’Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr għal anniversarji presbiterali u reliġjużi
Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur
L-Erbgħa 20 ta’ Ġunju 2018
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

nadur-anniversarji.jpg

IL-JIEN BIL-LĠIEM

Ftit ilu erba’ aħwa resqu biex jikkonkludu kuntratt ta’ bejgħ, imma għal ftit ma fettluhiex, għax bejniethom ma setgħux jaqblu fuq min minnhom kien imissu jieħu 50ċ! Dan meta bejniethom kienu ser idaħħlu kemxa flus ġmielha. Biex ma jisfrattax il-kuntratt, xi ħadd li kien preżenti offra li jagħtihom 50ċ minn butu. Continue reading >>