Aqra l-Bullettin minn hawn:
Archive for June, 2015
Niżżel kopja tan-Newsheet minn hawn: newsheet-lulju-2015.pdf
“Ma nixtiqkomx titwieldu djakni għajjenin!”
L-Isqof ta’ Għawdex lit-tliet djakni ġodda Għawdxin
Fl-Ordinazzjoni Djakonali li mexxa fil-Katidral ta’ Għawdex nhar is-Sibt li għadda (20 ta’ Ġunju), l-Isqof Mario Grech qal lit-tliet seminaristi Għawdxin li ġew ordnati djakni: “Ma nixtiqkomx titwieldu djakni għajjenin!”.
L-Isqof Grech kien qed jitkellem dwar il-Vanġelu tal-Liturġija tal-ġurnata, li jirrakkonta dwar kif Kristu sikket it-tempesta fuq il-Baħar tal-Galilija. Ġesù, qal l-Isqof, kien mimli ħeġġa biex jaqsam lejn in-naħa l-oħra tal-għadira, lejn Ġerasa, il-post li jirrappreżenta l-komunità pagana, għax lilhom ried iwassal il-Kelma. Eku ta’ dan hi s-sejħa tal-Papa Franġisku biex inkunu Knisja li toħroġ, taqdef ’il barra biex tevanġelizza fil-periferiji tas-soċjetà. Hemm bżonn li anki aħna “naqsmu għal Ġerasa”, qal l-Isqof Grech, u ma nsofrux mill-“kumpless ta’ Ġona” li ttenta jaħrab mir-rieda ta’ Alla li jħabbar l-indiema lill-pagani midinba. Continue reading >>
Sstqarrija ghall-istampa (MT/EN) mill-Kummissjoni Interdjocesana Ambjent, b’reazzjoni ghall-proposta tal-kumpless ta’ shooting ranges fil-Busbesija, il-Mosta.
Wieħed jista’ jara r-rapport sħiħ minn hawn: http://knisja.org/shootingrange
Verżjoni bil-Malti: 71-ka-shooting-range-mosta-mt.PDF
English version: 71-ka-shooting-range-mosta-en.PDF
Omelija fil-Quddiesa tal-Għeluq
tas-Sena Formattiva fis-Seminarju Maġġuri
bis-sehem tal-ġenituri u l-membri tal-Għaqda Ħbieb tas-Seminarju
Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria
It-Tnejn 15 ta’ Ġunju 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex
SEMINARISTI ESPERTI FL-UMANITÀ
Ma tridx wisq għerf biex tintebaħ li aħna l-bnedmin għandna natural imfaqqam! Fis-sens li kulħadd jaf li minn qaddisu l-bniedem spiss huwa ttentat li jimxi bil-prinċipju ta’ “għajn b’għajn u sinna b’sinna”. Ma trid tagħmel ebda sforz biex min jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek, int ixxarrablu oħra, jew lil min jagħmilllek id-deni, tpattihielu b’deni ieħor. Sfortunatament din hija l-għaġna naturali tagħna l-bnedmin. Propju għal din ir-raġuni ħafna proposti tal-Vanġelu jikkuntrastaw qatigħ mal-ħajja ordinarja tagħna – mhux faċli taħfer, tħobb lill-għadu tiegħek, u l-bqija. Continue reading >>
41/2015
ITTRA ĊIRKULARI
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex
Leħen id-demm ta’ ħutna jgħajtilna
Lir-Reverendi Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ Knejjes, Superjuri Reliġjużi, Persuni Kkonsagrati u Lajċi Nsara.
Għeżież,
Jumejn ilu ċċelebrajna s-solennità liturġika tal-Qalb ta’ Ġesù. Aħna ninġibdu lejn din il-Qalb Divina, u nikkontemplaw l-imħabba ta’ Ġesù li wasslitu biex joffri demmu għall-fidwa tal-bnedmin. L-eżempju tal-imħabba ta’ Ġesù jqanqalna biex aħna wkoll nagħtu demmna lil xulxin. Propju llum, 14 ta’ Ġunju, fid-dinja kollha qed jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm. Dan il-Jum ifakkarna fil-ġest kbir u sabiħ ta’ ħafna nies li, imqanqlin mill-imħabba lejn l-oħrajn, regolarment jagħtu d-demm. Hu ġest żgħir ta’ ftit ħin, imma li jista’ jsalva ħajja ta’ persuna. Continue reading >>