Archive for February, 2010

Arċipriet ġdid għall-parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, Nadur

xerri_jimmy-2.jpgIllum it-Tnejn 1 ta’ Frar 2010, Mons Isqof Mario Grech ħatar lil Mons Jimmy Xerri Ph.L. bħala l-Arċipriet il-ġdid tal-parroċċa tan-Nadur. Mons Xerri, saċerdot mill-presbiterju tal-parroċċa ta’ San Ġorġ, Victoria, Għawdex, ilu għal dawn l-aħħar 15-il sena missjunarju fil-Brażil.
Mons Jimmy Xerri qed jissuċċiedi lil Mons Salv Muscat li kien ilu Arċipriet tal-parroċċa tan-Nadur minn Novembru 1982.

Mons Jimmy Xerri twieled nhar it-30 ta’ Awissu 1957 fi New South Wales, l-Awstralja, minn Frank u Ġeswalda neè Vella. Gie mgħammed nhar il-15 ta’ Settembru 1957 fil-parroċċa tal-Verġni Marija tal-Karmelu, immexxija mill-patrijiet Karmelitani f’Wenworthville, bl-isem ta’ James George.
Continue reading >>

KORSIJIET TA’ TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻWIEĠ MILL-MOVIMENT TA’ KANA (GĦAWDEX)

kanamovementlogo.jpgSe jibdew korsijiet Tħejjija għaż-Żwieġ mill-Moviment ta’ Kana. Il-korsijiet ikunu kull nhar ta’ Ġimgħa jew kull nhar ta’ Sibt jew kull nhar ta’ Ħadd. Se jibdew fid-19, l-20 u l-21 ta’ Frar 2010. Dawk kollha interessati għandhom imorru ċ-Ċentru ta’ Kana għall-applikazzjoni.

The Maltese Herald - 2 ta’ Frar 2010

The Maltese Herald Logo

Fil-ħarġa ta’ din il-gimgħa ta’ The Maltese Herald, Charles Spiteri jikteb dwar il-Festa ta’ San Franġisk de Sales u Quddiesa ta’ Radd il-Hajr fl-għeluq il-mitt sena ta; Mari Gwann Rapa.

Niżżel il-paġna dwar Għawdex mill-link ta hawn taħt:-

Ras ir-Randan (Obbligu ta’ Sawn u Astinenza)

February 17, 2010

Quddiesa ta’ Jum il-Morda - Parroċċa San Lawrenz

February 14, 2010
10:30 am

Is-17-il Jum Dinji tal-Morda

February 11, 2010

Solennita’ tan-Nawfra[ju ta’ San Pawl

February 10, 2010

Velja Djoċesana fil-parroċċa tal-Munxar fl-okkażjoni tal-1950 min-Nawfraġju ta’ San Pawl

February 9, 2010
6:00 pm