Archive for February, 2010

In-Nawfraġju ta’ San Pawl: “il-mogħdija tal-Mulej” fostna
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
Velja Djoċesana fl-okkażjoni tal-1950 Sena min-Nawfraġju ta’ San Pawl
Pjazza tal-Knisja, Munxar – It-Tlieta, 9 ta’ Frar 2010


Festa nazzjonali

Il-festa tan-nawfraġju ta’ Missierna San Pawl m’hix biss festa reliġjuża tagħna l-Insara, imma għalina l-Maltin u l-Għawdxin hija festa tan-Nazzjon, hija festa li timmarka l-kalendarju nazzjonali tagħna għaliex in-nawfraġju ta’ Pawlu huwa parti mill-istorja ta’ ġensna.

Jekk ikollna nitfgħu ħarsa ħafifa fuq din l-istorja ta’ ġensna naraw illi seħħew diversi “passaġġi” li llum niftaħru bihom. Hekk, per eżempju, il-passaġġi li għamilna fl-Indipendenza, f’Jum il-Ħelsien ta’ pajjiżna, meta sirna Repubblika u meta dħalna fl-Ewropa. Dawn kollha huma passaġġi li ħallew marka fin-nisġa ta’ pajjiżna. Imma illejla nixtieq ngħinkom tirriflettu dwar passaġġ storiku ieħor illi wkoll iddetermina l-istorja ta’ pajjiżna.
Continue reading >>

MESSAGE OF HIS HOLINESS BENEDICT XVI FOR THE EIGHTEENTH WORLD DAY OF THE SICK

Dear Brothers and Sisters,
The 18th World Day of the Sick will be celebrated in the Vatican Basilica next 11 February, the liturgical Memorial of Our Lady of Lourdes. Its felicitous coincidence with the 25th anniversary of the Institution of the Pontifical Council for Health-Care Workers is another reason to thank God for the ground covered so far in the sector of the pastoral care of health. I sincerely hope that this event will be an opportunity to give a more generous apostolic impetus to the service of the sick and of those who look after them.

Continue reading >>

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’MALTA TAL-PAPA BENEDITTU XVI

 official-logo-pope-visit-2010-portrait.jpg

L-Uffiċcju Kommunikazzjoni fi ħdan l-Arċidjoċesi ta’ Malta ppublika l-program uffiċjali taż-żjara Pastorali li l-Papa Benedittu XVI ser jagħmel hawn Malta.

Nizzel il-programm mill-links ta’ hawn taħt

Programm taż-Żjara Pastorali tal-Papa Benedittu XVI f’Malta

Programme of Pope Benedict XVI’s visit to Malta

The Maltese Herald - 9 ta’ Frar 2010

Fil-ħarġa ta’ The Maltese Herald ta’ din il-gimgħa Charles Spiteri jirraporta dwar konċelabrazzjoni ta’ Radd il-Hajr biex jitfakkar ir-raba’ anniversaju mill-konsagrazzjoni ta’ Mons. Isqof Grech bħala Isqof għad-Djoċesi ta’ Għawdex, attivitajiet għat-tfal tal-Parroċċa tal-Katidral u dwar ic-ċelebrazzjoni li saret mis-Sorijiet Franġiskani biex jitfakkar il-58 sena mill-mewt ta’ Made Margherita De Brincat

Niżżel il-paġna dwar Għawdex mill link ta’ hawn taħt

Għażla favur il-ħajja

Waqt manifestazzjoni li saret fir-Rabat, Għawdex, ilbieraħ il-Ħadd, 7 ta’ Frar 2010 fl-okkażjoni ta’ Jum il-Ħajja, l-Isqof t’Għawdex Mons Mario Grech għamel dan il-messaġġ:

Inħossni kburi li flimkien ma’ din il-ġemgħa sabiħa nislef il-vuċi tiegħi biex is-soċjetà tagħna ma tkomplix titlef il-kuxjenza favur il-ħajja! Inħossni kuntent li din il-ġemgħa illum b’vuċi għolja qed tistqarr pubblikament l-għażla favur il-ħajja.

Anke jekk ikun hemm każ ta’ abort wieħed biss, xorta aħna fid-dmir li ma nisktux biex inqajmu kuxjenza favur il-ħajja.

Tajjeb li naraw x’nistgħu nagħmlu biex inbegħdu t-tiġrib li bniedem jista’ jkollu biex itemm il-ħajja tat-tarbija fil-ġuf.

Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 7 ta’ Frar 2010

logobullettinsenasacerdotali.jpg

Bullettin tal- 5 Ħadd matul is-Sena (Sena Ċ)

Velja Djoċesana tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Pajjiżna

 velja-san-pawl-poster.jpg

Biex titfakkar l-1950 sena mill-miġja tal-Appostlu Missierna San Pawl f’pajjiżna ser issir Velja Djoċesana fil-paroċċa tal-Munxar.  Issir Quddiesa, Huġġieġa, tiġdid tal-Wegħdiet tal-Magħmudija, Traslazzjoni bir-relikwa tal-Appostlu tal-ġnus.  Imexxi Mons Isqof Mario Grech.  Il-Velja ser issir nhar it-Tlieta 9 ta’ Frar 2010, fis 6 p.m. fil-Pjazza tal-Knisja tal-Munxar.

Irtir għall-Katekisti - Manresa