Stedina mill-Kummisjoni Djoċesana Żgħażagħ Għawdex għar-Randan 2010

poster_kdz_lent_2010.jpg  

Eżerċizzi tar-Randan għaż-Żgħażagħ Għawdxin residenti Malta

Il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ tistieden liż-żgħażagħ Għawdxin residenti Malta għall-eżerċizzi tar-Randan L-eżerċizzi se jkunu t-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis, 23, 24 u 25 ta’ Frar. Isiru fil-kappella tas-Sorijiet Franġiskani, Triq il-Ħriereb, Msida (qrib Msida Circus, in-naħa ta’ l-Imsida Skate Park). L-eżerċizzi jibdew fis-7.15p.m.

Lectio Divina għaż-Żgħażagħ

Matul is-Sibtijiet tar-Randan, il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ tistieden liż-żgħażagħ Għawdxin għal mumenti ta’ riflessjoni u talb madwar il-Kelma ta’ Alla (Lectio Divina). Il-lectio divina tinżamm fis-sala tas-Seminarju, fit-8.30p.m. Dawn il-mumenti ta’ talb u riflessjoni jgħinuna nagħmlu l-mixja tar-Randan flimkien, u fl-istess waqt iservuna ta’ tħejjija għal-laqgħa li l-Papa se jagħmel maż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin fiż-żjara tiegħu fostna f’April li ġej.