English Version
IL-PRESEPJU FIL-FAMILJI TAGĦNA
Ħuti għeżież,
Fil-Milied aħna bħala Nsara nifirħu bil-miġja tal-Iben ta’ Alla fostna meta sar bniedem. Dan aħna nagħrfuh fit-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu.
Iżda aħna wkoll nistagħġbu meta naraw b’liema mħabba Alla l-Missier ħejja l-miġja ta’ Ibnu fostna. Ħejja lil Ommu Marija u lil Missieru putattiv Ġużeppi biex l-għerusija u ż-żwieġ tagħhom jgħaqqduhom mat-twelid ta’ tarbija li Alla l-Imbierek kien se jibagħtilhom: it-tarbija kienet fil-qofol tal-ħajja miżżewġa tagħhom. F’dawn il-ġranet kull Nisrani jirrifletti fuq ix-xena ħelwa tat-tarbija mdawra mill-ġenituri t-tnejn tagħha. U din id-dehra tant tferraħna li aħna fid-djar tagħna narmaw il-presepju biex jgħinna nifirħu. Aħna naraw b’liema għożża Marija u Ġużeppi rabbew lil Ġesù fl-episodju tal-ħarba fl-Eġittu meta t-tarbija tagħhom kienet mhedda (Mt 2, 13-15) kif ukoll fl-inkwiet tagħhom meta tilfu lil Ġesù fit-Tempju (Lq 2,41-52).
Continue reading >>
NOTA
PASTORALI
MILL-E.T. MONS. PAWL CREMONA O.P.
Arċisqof ta’ Malta
u
MILL-E.T. MONS. MARIO GRECH
Isqof ta’ Għawdex
FUQ
IŻ-ŻWIEĠ, IL-FAMILJA U N-NISRANI QUDDIEM ĠESÙ
Għeżież uliedna,
Iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed nindunaw kemm dak kollu li għamel il-Mulej meta kien fostna kien biex jgħin lilna nifhmu iktar il-pjan tiegħu. Il-Vanġelu nkiteb biex jurina min kien u x’għallem u x’għex Sidna Ġesù Kristu, iżda mhux biss. Permezz tad-dixxipli, u ta’ nies oħrajn u d-dubji tagħhom, huwa wriena t-tweġiba ta’ Ġesù quddiem dawn id-dubji biex nifhmu x’se tkun it-tweġiba ta’ Ġesù quddiem l-istess dubji tagħna f’kull żmien, anki llum.
Dan jgħodd f’kollox, iżda aħna xtaqna li napplikawh għad-diskussjoni li għaddejja bħalissa fuq iż-żwieġ u d-divorzju u l-effetti tad-divorzju. Nixtiequ nippreżentaw dan lill-Insara ħutna għar-riflessjoni tagħhom fil-fidi, iżda wkoll b’imħabba kbira noffruha lil dawk li qegħdin jippromwovu d-divorzju biex jifhmu kif aħna l-Insara, mill-fidi tagħna, inħarsu lejn din ir-realtà.
ĠESÙ, IŻ-ŻWIEĠ U D-DIVORZJU
Elfejn sena ilu kien hemm xi dixxipli li ġew għand Ġesù u għamlulu l-mistoqsija: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?”
Continue reading >>
Il-Knisja tqis li x-xandir ta’ dak li temmen fih fuq bosta temi, inklużi ż-żwieġ u l-familja, huwa dmir tagħha quddiem Alla u servizz b’risq is-soċjetà. L-iskop ta’ din in-Nota Pastorali huwa li xxandar il-pożizzjoni tal-Knisja Kattolika lil dawk li jirrikorru lejha biex jiksbu direzzjoni. Permezz ta’ din l-Ittra, il-Knisja trid ukoll taqsam il-veduti tagħha mas-soċjetà Maltija inġenerali.
Il-Knisja minn dejjem tkellmet fuq is-sbuħija u l-importanza taż-żwieġ, il-bażi tal-familja bħala rigal fundamentali mogħti minn Alla. Din hija konvinzjoni valida kemm għaż-żwieġ bħala sagrament, kif ukoll għaż-żwieġ bħala istituzzjoni naturali.
B’mod partikolari, il-Knisja tibbaża t-twemmin tagħha fuq iż-żwieġ fuq il-kliem ta’ Sidna Ġesù Kristu, meta qal “Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal, ‘Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ‘l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed?’ Għalhekk mhumiex aktar tnejn, imma ġisem wieħed. Mela dak li għaqqad Alla, m’għandux iħollu l-bniedem’” (Mt 19, 4-6).
Continue reading >>
Fiż-Żjara Appostolika li għamel dan l-aħħar f’Ċipru, il-Papa Benedittu XVI tkellem dwar l-importanza li għandu s-Salib għad-dinja: “Is-Salib mhuwiex sempliċement simbolu privat ta’ devozzjoni, mhuwiex sempliċement sinjal ta’ sħubija ma’ grupp partikolari fis-soċjeta, u fil-profondità tat-tifsir tiegħu m’għandu xejn x’jaqsam mal-impożizzjoni bil-forza ta’ xi twemmin jew filosofija. Is-Salib jitkellem fuq it-tama, l-imħabba, ir-rebħa tan-non-vjolenza fuq l-oppressjoni, jitkellem fuq Alla li jerfa’ lil min hu fil-baxx, li jqawwi lil min hu dgħajjef, li jirbaħ fejn hemm il-firda u li jissupera l-mibgħeda bl-imħabba”.
Continue reading >>
Dan l-aħħar, diversi nies staqsew jekk koppji li jgħixu flimkien mingħajr ma huma miżżewġin jistgħux jitqarbnu.
Nagħmluha ċara li l-Knisja tħobb lil dawn il-koppji kif tħobb lill-membri kollha tagħha u tibqa` toffrilhom l-għajnuna spiritwali li jkollhom bżonn. Aħna l-Isqfijiet inħeġġuhom biex fost affarijiet oħra, ikomplu jmorru għall-Quddies u jipparteċipaw fil-ħajja tal-Knisja.
Continue reading >>
English Version (PDF)
Għeżież uliedna,Bħalma aħna dejjem emminna li n-nawfraġju u l-miġja tal-Appostlu Missierna San Pawl fostna ma seħħewx b’kumbinazzjoni, hekk illum inħossu li żjara pastorali fostna tal-Papa Benedittu XVI tistax tkun providenzjali għal pajjiżna.Lill-Maltin u lill-Għawdxin ta’ elfejn sena ilu Pawlu, permezz tal-predikazzjoni tiegħu u tal-waqfa tiegħu fil-gżejjer tagħna, laqqagħhom ma’ Ġesu’ Kristu u permezz tal-Evanġelju nissel it-tama nisranija fi qlubhom. Quddiem din iż-żjara tal-Papa fostna, u biex din il-ġrajja ma tkunx ċerimonjali biss, ikun tajjeb nieqfu u nistaqsu. Fejn qegħdin bħalissa fil-fidi tagħna u fiex qed jissarraf l-Evanġelju li rċevejna tant żmien ilu u li tul l-istorja sawwar l-identità u t-tradizzjonijiet tagħna? Aħna m’għandniex dubju li jekk niftħu qalbna għal din l-okkażjoni, jistax jkun għalina mument ta’ grazzja li jwettaqna u jsaħħaħna fil-fidi. Continue reading >>
Dan l-aħħar, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI, bagħat Ittra lill-Knisja fl-Irlanda dwar it-traġedja tal-abbużi sesswali fuq minuri. Fiha hu tkellem fuq il-kruha li hemm f’dawn id-delitti. Huwa sejħilhom: “atti kriminali u ta’ dnub”. Dan id-delitt, bil-mistħija tal-Knisja kollha, jidher iktar fil-kruha tiegħu meta huwa mwettaq minn saċerdoti. Aħna lkoll, bħala Knisja, irridu ngħaddu mill-indiema u mis-sogħba mhux biss għad-dnub ta’ dawk li għamlu dawn l-abbużi, iżda nħossu wkoll l-umiljazzjoni li dawn saru minn dawk li suppost, f’isem il-Knisja, kellhom id-dmir li jħarsu u jipproteġu lil dawn iż-żgħar. Dan huwa mument ta’ umiljazzjoni għall-Knisja kollha.
Dan jgħodd ukoll għall-Knisja f’Malta li bħall-Papa turi “d-dispjaċir u s-sogħba” tagħha lejn dawk kollha li kienu abbużati, lejn l-aħwa Insara kollha li ħassuhom imfixklin, u lejn is-soċjeta’ Maltija kollha.
Continue reading >>
English Version
Maħbubin Uliedna,
Fost il-ħafna ħwejjeġ pożittivi li għandna f’pajjiżna ninnutaw li kiber l-għatx għat-tagħlim, u billi l-opportunitajiet tat-tagħlim kotru, it-tagħlim infirex. Fl-istess waqt, jidher li għalkemm il-bniedem illum sar jaf jaqra, donnu għandu diffikultà biex jaqra l-istorja ta’ ħajtu u tal-ġens tiegħu; għalkemm il-bniedem kapaċi jgħodd in-numri, donnu qed jinfixel x’ħin jiġi biex jagħmel is-somom tal-ħajja tiegħu. Mogħni bl-għerf tax-xjenzi u t-teknoloġija, il-bniedem wasal biex isib tarf ta’ ħafna kobob imħabbla, imma fl-istess ħin il-kobba ta’ ħajtu aktar qed iħabbilha!
Continue reading >>