- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

TITĦABBAR IL-MEWT TAL-KANONKU ĠWANN SCICLUNA

Posted By admin On February 12, 2010 @ 1:34 pm In 2010 | Comments Disabled

[1] Can. John SciclunaDalgħodu, il-Ġimgħa 12 ta’ Frar 2010, tħabbret il-mewt tal-Kanonku Ġwann Scicluna, saċerdot mill-parroċċa ta’ San Ġorġ.
Dun Ġwann Scicluna ġie ordnat saċerdot fil-15 ta’ April 1956. Fost il-ħidma tiegħu, Dun Ġwann kien għalliem tar-Reliġjon fl-iskejjel sekondarji, u kappillan tas-Sorijiet tal-Karità meta kienu r-Rabat.
Il-funeral ta’ Dun Ġwann se jsir għada s-Sibt fil-parroċċa ta’ San Ġorġ. Fis-2.30p.m. il-kadavru tiegħu jittieħed fil-knisja tas-Sorijiet Franġiskani, Triq Palma, u fit-3.30p.m. il-Kapitlu u l-Kleru tal-Bażilka ta’ San Ġorġ jitolbu s-Salmi tal-Għasar. Fl-3.45p.m. jitlaq korteo lejn il-bażilka ta’ San Ġorġ fejn fl-4.00p.m. issir il-quddiesa tal-funeral.
 
Nitolbu lill-Mulej jilqgħu fi ħdanu. RIP


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2010/02/12/tithabbar-il-mewt-tal-kanonku-gwann-scicluna/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/uploads/2010/02/scicluna_can_john.JPG

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.