Archive for December, 2014

Bullettin tal-Ħadd - 14 ta’ Diċembru 2014

Niżżel kopja tal-Bullettin minn hawn:

bullettin-2014-dicembru-14.jpg

Lineamenta con il questionario per la nuova fase di preparazione al Sinodo 2015

Sinodo famiglia: una “svolta” da cui non si torna indietro.

http://go.aleteia.org/eVFrAFF

Stqarrija mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika

Niżżel l-istqarrija minn hawn: 136-stqarrija-segretarjat-edukazzjoni-nisranija-mlt.pdf

NIKTBU PAĠNA ĠDIDA

Omelija fil-Vġili tas-Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni
Il-Ħadd 7 ta’ Diċembru 2014
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

F’ħajjitna mhux kollox imurilna sew.  Diversi drabi, meta xi ħaġa tmur żmerċ, nafu naħbtu naqtgħu qalbna.  Hemm min jekk jieħu tisbita mal-art, mhux lakemm isib il-qawwa biex jerġa’ jqum fuq riġlejh.  Imma rridu napprezzaw li fina hemm xi ħaġa li meta jiġrilna hekk, tgħidilna nerġgħu nagħtu rkaptu.  Kemm jiġrili li nkun nikteb fuq biċċa karta, nieħu żball, inqatta’ l-karta u nibda waħda ġdida.  Kif jiġri lili, jiġri lilek.  Allaħares meta niżbaljaw, inqattgħu kollox u narmu l-karti kollha.  Għandna nemmnu li f’kull ċirkustanza nistgħu nibdew niktbu paġna ġdida fl-istorja ta’ ħajjitna.

Il-Vanġelu tal-lum (Mk 1:1-8) jitkellem fuq il-bidu ġdid li kellu l-poplu tal-Lhudija u ta’ Ġerusalemm wara li laqa’ l-Bxara t-tajba ta’ Ġesù.  Minkejja li kellu storja ta’ fallimenti, infedeltajiet, dnubiet, u iżjed, dan il-poplu ma qatax qalbu, imma meta permezz tal-Battista huwa ġie wiċċ imb’wiċċ mal-Kelma (Ġesù Kristu), sab il-qawwa biex jerġa’ jibda jikteb paġna ġdida fl-istorja tiegħu.  Dak li seħħ mal-poplu Lhudi jista’ jseħħ magħna llum ukoll.  Għalkemm fil-ħajja personali, familjari u soċjali tagħna hemm tant stejjer imqallbin u tant ħolm jisparixxi, irridu nagħmlu kuraġġ biex ħadd ma jfettillu jqatta’ l-karti u jibgħat kollox jixxejjer mar-riħ. Continue reading >>

Stqarrija mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika

Niżżel l-istqarrija minn hawn: 135-statement-eng.pdf

Riflessjoni tal-Isqof Grech fl-okkażjoni ta’ Kristu Sultan

l-isqof-grech.jpgRiflessjoni fis-Solennità ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu
Manifestazzjoni Djoċesana quddiem is-Seminarju Djoċesan, il-Belt Victoria
Il-Ħadd 23 ta’ Novembru 2014
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

TEŻOR ŻAGĦŻUGĦ

Meta naqra r-rakkont taż-żagħżugħ għani (Mt 19:16-22), nisħajjel li ma humiex ftit dawk illi jsibu ruħhom fiż-żarbun tiegħu u jmorru jiġru għand Ġesù!  Għax anki fil-fond ta’ qalbna ġieli jqumu ċerti mistoqsijiet serji li mhux dejjem ikollna tweġiba għalihom.

Fiż-żagħżugħ għani nilmaħ lill-adolexxenti u ż-żgħażagħ tagħna, għax bħalu huma wkoll ġieli juru sinjali ta’ nuqqas ta’ serħan fil-kuxjenza u fil-qalb.  Mhux għax l-adolexxenti u ż-żgħażagħ huma ħżiena, imma għax hija n-natura umana li tqajjem ċerti mistoqsijiet eżistenzjali, speċjalment fil-fjur tal-ħajja.

Ħafna miż-żgħażagħ huma għonja f’diversi aspetti tal-ħajja, imma l-aqwa għana li għandhom hija l-persuna tagħhom.  Huma riżorsa ta’ talenti, ħiliet, ħolm u tamiet.  Il-Knisja għandha għal qalbha dan il-wirt uman.  Minbarra li għandhom għana materjali u interjuri, huma trawmu  f’ambjent reliġjuż.  Jien konvint li għadd kbir minnhom għandhom tagħrif reliġjuż. Continue reading >>

L-Isqfijiet Malta dwar il-Liġi tal-Identità tal-Ġeneru

Uffiċċju Komunikazzjoni
Arċidjoċesi ta’ Malta

6 ta’ Diċembru 2014

Fil-kuntest tad-diskussjoni li ser tissokta fil-Parlament ta’ Malta, dwar l-‘Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u Karatteristici tas-Sess’, il-Knisja f’Malta qed tagħti l-kontribut tagħha dwar dan is-suġġett permezz ta’ position paper. Dan id-dokument tħejja minn Kummissjoni ffurmata minn grupp ta’ 7 esperti fil-morali. Il-Kummissjoni ad-hoc twaqqfet mill-Konferenza Episkopali Maltija li approvat dan id-dokument.

Kopja ta’ dan id-dokument ingħatat lill-Onor. Joseph Muscat, Prim Ministru ta’ Malta, lill-Onor. Helena Dalli, Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili,, lill-Onor. Deborah Schembri, Chairperson tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarjiet Soċjali tal-Parlament, u lill-Onor. Simon Busuttil, Kap tal-Oppożizzjoni.

Qed nibagħtulkom id-dokument sħiħ u sinossi tiegħu. Grazzi.

134a-gender-identity-bill-comments-and-concerns-eng.pdf

134b-synopsis-eng.pdf

Bullettin tal-Ħadd - 7 ta’ Diċembru 2014

Niżżel il-Bullettin minn hawn:

bullettin-2014-dicembru-7-2.jpg