Archive for December, 2014

Omelija tal-Milied ta’ Mons. Isqof Mario Grech

Omelija fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu
Bażilika San Ġorġ, il-Belt Victoria, Għawdex
Il-Ħamis 25 ta’ Diċembru 2014
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

img_1805.jpgGĦAR BIL-BIEB MIFTUĦ BERAĦ

Tassew għandna għalfejn bħar-rgħajja ta’ Betlehem nistagħġbu f’din l-għodwa tal-Milied; għandna motiv qawwi biżżejjed biex dalgħodu ma nehdewx infaħħru lil Alla: mhux biss għaliex għadna kif iċċelebrajna t-Twelid tal-Iben ta’ Alla li sar bniedem u għammar fostna, imma wkoll għax meta Alla għażel li jsir bniedem, huwa ried jurina kemm il-bniedem huwa importanti għalih.  Il-ġrajja tal-Inkarnazzjoni ta’ Alla tgħidilna li Hu qatt ma jaqta’ qalbu minna l-bnedmin.  Alla ma jegħjiex isus warajna biex jagħtina dak li neħtieġu fil-ħajja.

It-twelid ta’ Ġesù Bambin jgħidilna li kull wieħed u waħda minna fl-individwalità u s-singularità tiegħu, minkejja d-dgħufija karatteristika tagħna, hu sabiħ f’għajnejn Alla.  Sew jekk int anzjan jew żgħir, intelliġenti jew le, b’orjentament jew ieħor, għani jew fqir, dritt jew mgħawweġ, ta’ kulur jew ieħor, nativ jew immigrant, qaddis jew midneb: agħmel il-qalb, għax inti tiswa l-ġrajja tal-Inkarnazzjoni!  Minħabba fik, l-Iben ta’ Alla sar bniedem u għammar fostna biex id-dinjità li Alla libbsek biha, ma tiġix mimsusa. Continue reading >>

Messaġġ tal-Milied tal-Isqof Mons. Mario Grech

Iftaħ din il-link: https://vimeo.com/115558184

INĦEJJU GĦAS-SINODU DWAR IL-FAMILJA 2015

STQARRIJA MILL-KONFERENZA EPISKOPALI MALTIJA

Stqarrija mill-Konferenza Episkopali Maltija dwar l-inizjattivi li se jittieħdu bi tħejjija għas-Sinodu li sejjaħ il-Papa Franġisku, u li se jsir fl-2015 bit-tema ‘Is-sejħa u l-missjoni tal-familja fil-Knisja u fid-dinja tal-lum’.

Niżżel l-istqarrija tal-Konferenza Episkopali minn hawn:  142-komunikat-kem-mlt.pdf

Il-Messaġġ tal-Isqof Grech fil-quddiesa ta’ Nofsillejl tal-Milied

Omelija fil-Quddiesa ta’ Nofsillejl
Katidral ta’ Għawdex, il-Belt Victoria
L-Erbgħa 24 ta’ Diċembru 2014
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

“NIFRAĦ BID-DGĦUFIJIET TIEGĦI”

nativity-baby-jesus-christmas.jpg Fl-Għar ta’ Betlehem twieldet tarbija li aħna nemmnu li kienet Alla.  Nifhem lil min jgħidli li jsib diffikultà biex iniżżel din l-aħbar.  Ma nistagħġibx jekk il-bniedem jinfixel quddiem din il-ġrajja tat-Twelid ta’ Ġesù Bambin meta nqis li dan Alla għażel li jitwieled fid-dgħufija umana u f’kundizzjonijiet daqshekk prekarji: f’maxtura, espost għall-elementi, f’post l-annimali.  Forsi l-fatt li dan ir-rakkont ilna nisimgħuh sa minn meta konna għadna f’ġuf ommna, huwa rakkont li joqgħod għal widnejna u hekk jitlef il-qawwa tiegħu.  Għalhekk nixtieq li llejla nikkontemplaw kif Alla fil-providenza kbira tiegħu, f’dan il-lejl għażel id-dgħufija umana – Huwa għamel tiegħu d-dgħufija tiegħek u tiegħi.

Din il-verità hija tqila fiha nfisha għaliex normalment aħna nassoċċjaw il-manifestazzjoni ta’ Alla ma’ ħwejjeġ straordinarji, grandjużi u solenni wisq aktar minn dehra ta’ tarbija mfisqija u mqiegħda f’maxtura.  Imma din il-verità diffiċli titwemmen għax aħna qed ngħixu f’kultura li tipprova taħbi u tiskarta dak li huwa dgħajjef, vulnerabbli, ċkejken.  Xi kultant il-kultura ta’ żminijietna saħansitra ma tammettix din id-dgħufija li hija karatteristika eżistenzjali tagħna l-bnedmin.  Minflok, is-soċjetà ċċapċap u timbotta ’l quddiem lil dak li huwa b’saħħtu, rebbieħ, kollu suċċessi; imbagħad twarrab u tinjora lil min huwa dgħajjef, tellief, fallut u imperfett. Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 28 ta’ Diċembru 2014

Niżżel kopja tal-Bullettin minn hawn:

bullettin-2014-dicembru-28.jpg

Intervista ta’ Frederick Attard mal-Isqof Grech

Kienet sena li offritilna ħafna sfidi - Mario Grech

Biex tara l-intervista mal-Isqof Mario Grech fuq il-ġurnal elettroniku illum.com.mt, agħfas din il-link:

http://www.illum.com.mt/ahbarijiet/socjali/39736/jkdkkh#.VJfGVj10MQ

Bullettin tal-Ħadd - 21 ta’ Diċembru 2014

Niżżel kopja tal-Bullettin minn hawn:

bullettin-2014-dicembru-21.jpg

Għoti tal-Ministeru tal-Akkolitat

Nhar il-Ħadd li għadda, 14 ta’ Diċembru, fil-Bażilika u Kolleġġjata tal-Għarb, Għawdex, l-Isqof Mons. Mario Grech mexxa r-Rit tal-Akkolitat tas-Seminarista Massimo Buttigieg, mill-Parroċċa tal-Katidral.

Hawn issib it-test tal-omelija u ritratt ta’ Saviour Tabone.

Omelija fil-Quddiesa tal-Għoti tal-Akkolitat
Bażilika tal-Viżitazzjoni, l-Għarb
Il-Ħadd 14 ta’ Diċembru 2014
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

KNISJA LI TQANQAL IL-MISTOQSIJIET

Bl-istil tal-ħajja li kellu kif ukoll bid-diskorsi li kien jagħmel, Ġwanni l-Battista kien iqajjem ħafna mistoqsijiet fil-moħħ u l-qalb tan-nies.  Kliemu u għemilu kienu jċaqalqu l-kuxjenzi tal-ħafna.  Għalhekk min kien josservah jew jisimgħu ma kienx jista’ joqgħod bi kwietu u allura kien jinterrogah: Inti min int?  Inti l-Messija, Elija jew il-profeta?

Quddiem din ir-realtà nixtieq nirriflettu dwar jekk is-soċjetà ta’ żmienna hix qed tagħmel mistoqsijiet bis-sens lilna l-Insara, kemm bħala individwi u kemm bħala komunità ekkleżjali. Continue reading >>