L-Isqfijiet Malta dwar il-Liġi tal-Identità tal-Ġeneru

Uffiċċju Komunikazzjoni
Arċidjoċesi ta’ Malta

6 ta’ Diċembru 2014

Fil-kuntest tad-diskussjoni li ser tissokta fil-Parlament ta’ Malta, dwar l-‘Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u Karatteristici tas-Sess’, il-Knisja f’Malta qed tagħti l-kontribut tagħha dwar dan is-suġġett permezz ta’ position paper. Dan id-dokument tħejja minn Kummissjoni ffurmata minn grupp ta’ 7 esperti fil-morali. Il-Kummissjoni ad-hoc twaqqfet mill-Konferenza Episkopali Maltija li approvat dan id-dokument.

Kopja ta’ dan id-dokument ingħatat lill-Onor. Joseph Muscat, Prim Ministru ta’ Malta, lill-Onor. Helena Dalli, Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili,, lill-Onor. Deborah Schembri, Chairperson tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarjiet Soċjali tal-Parlament, u lill-Onor. Simon Busuttil, Kap tal-Oppożizzjoni.

Qed nibagħtulkom id-dokument sħiħ u sinossi tiegħu. Grazzi.

134a-gender-identity-bill-comments-and-concerns-eng.pdf

134b-synopsis-eng.pdf