Published on December 1, 2016
in Speeches.
Diskors li għamel nhar is-Sibt li għadda, 26 ta’ Novembru, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, lill-presbiterju ta’ Għawdex, fil-bidu tal-Avvent.
F’dan id-diskors hu jirriferi għall-isfidi li ġġib magħha l-ħidma pastorali tal-Knisja mal-persuni li qegħdin fit-tieni relazzjoni, fid-dawl tal-Eżortazzjoni appostolika tal-Papa Franġisku Amoris laetitia.
2016-11-26-mitis-judex-ghal-dixxerniment-hanin.pdf
Published on December 8, 2015
in Speeches.
Diskors fi tmiem il-Konferenza “Laudato Sì: Mid-Dokument għall-Azzjoni”
organizzata mill-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent
Sala tal-Kurja ta’ l-Isqof, il-Belt Victoria
Is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex
IS-SAĦĦA TAL-BNIEDEM PARTI MILL-EKOLOĠIJA
1. L-Enċiklika Laudato Sì hija sejħa sabiex inħossuna parti mill-ħolqien fit-tisħiħ ta’ ekoloġija integrali fejn kollox hu marbut flimkien u fejn l-iżvilupp tal-bniedem hu marbut mal-kura tad-dinja, id-dar komuni tiegħu. L-ambjent uman u l-ambjent naturali huma marbuta flimkien, u “ma nistgħux naffrontaw tajjeb it-taħsir ambjentali, jekk ma nagħtux kas tal-kawżi li ġejjin mit-taħsir uman u soċjali” (48). Għaldaqstant, l-enċiklika tqiegħed il-kwistjoni ambjentali fix-xibka tar-relazzjonijiet umani u tar-responsabbiltà li għandu l-bniedem lejn kull maħluq. Fil-fatt, “attitudni tassew ekoloġika trid dejjem issir iżjed attitudni soċjali, li għandha ddaħħal id-diskors dwar il-ġustizzja fid-diskussjonijiet dwar l-ambjent, biex nistgħu nagħtu widen kemm għall-karba tal-art u kemm għall-karba tal-foqra” (49). Continue reading >>
Published on October 12, 2015
in Speeches.
IL-KNISJA STRUMENT TA’ MEDJAZZJONI PASTORALI
L-intervent li l-Isqof Mario Grech għamel nhar is-Sibt 10 ta’ Ottubru 2015, kmieni wara nofsinhar, fil-preżenza tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet, waqt l-Erbatax-il Assemblea Ġenerali Ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet, li qed tiltaqa’ fl-Awla Sinodali, fil-Vatikan. It-tema ta’ dan is-Sinodu hi “Il-vokazzjoni u l-missjoni tal-familja fil-Knisja u fid-dinja tal-lum”.
Għalkemm ħadd ma jista’ jitfi fil-bniedem il-bżonn li jidħol f’relazzjoni stabbli ta’ mħabba mal-persuna li jkun iħobb, huwa fatt li mhumiex ftit dawk li qed jegħjew iġorru l-piż ħelu taż-żwieġ u l-familja.
Fost dawn hemm dawk li jħossuhom ittraduti mix-xjenzi umani, mill-politika u l-ekonomija. Imma hemm ukoll dawk li huma sfiduċjati fil-Knisja għaliex jidhrilhom li fostna hemm min jagħti importanza aktar lill-prinċipji milli lill-persuna fil-konkretezza tal-ħajja. Huma jinnutaw li fil-linji gwida li toffri l-komunità ekkleżjali fil-kuntest taż-żwieġ u l-familja, hemm insistenza aktar fuq “il-morali normattiva” (biex ikunu obduti l-liġijiet, il-kmandamenti u r-regoli dixxiplinari) milli fuq “il-morali tal-virtù”, fejn il-bniedem li hu maħtuf mill-ġmiel u t-tjubija tat-tajjeb, jassumi “atteġġjamenti virtużi” u bil-mod il-mod jersaq lejn il-perfezzjoni. Kif tistqarr il-Kummissjoni Biblika Pontifiċja, “il-valuri u l-virtujiet li jgħinu lill-bniedem jgħix ir-rieda ta’ Alla għandhom ikunu pprattikati sakemm huwa possibbli anki fiċ-ċirkustanzi fejn hemm id-dnub u n-nuqqas ta’ perfezzjoni fil-ħajja attwali, kif insibu fil-parabboli tax-xibka u ta’ dak li ħareġ jiżra’” (Bibbia e morale, radici bibliche dell’agire morale, 2008, 43). Continue reading >>
Published on September 22, 2015
in Speeches.
Assemblea Plenarja taċ-CCEE
L-Art Imqaddsa
11-16 ta’ Settembru 2015
L-ISFIDA TAL-KNISJA FL-EWROPA
Intervent tal-Isqof Mario Grech
fl-Assemblea Plenarja tal-Kunsill tal-Konferenzi Episkopali Ewropej
li saret fl-Art Imqaddsa, 11-16 ta’ Settembru
Hu minnu li sal-lum f’pajjiżna kważi 50% tal-popolazzjoni tagħna għadha tieħu sehem fil-Quddiesa tal-Ħadd u ftit li xejn għandna ġenituri li jiċħdu l-Magħmudija jew il-Konfirmazzjoni lil uliedhom. Imma fl-istess waqt, għandna quddiemna sfidi serji. Continue reading >>
Diskors fiċ-Ċerimonja tal-Gradwazzjoni
Ċentru tal-Caritas ta’ San Blas, Malta
Il-Ħamis 25 ta’ Ġunju 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex
Hemm min jgħid li r-reliġjon hija l-loppju tal-poplu; imma daqshekk ieħor wieħed jista’ jgħid li l-loppju jikxef il-bżonn tar-reliġjon.
Huwa fatt li fl-antik il-loppju u s-sustanzi korrelatati kienu jissejħu “il-ħobż tal-allat” jew “pjanta mirakuluża”. Dan għaliex wieħed kien jieħu d-droga biex “jinqata’ mill-art”, jinsa d-dinja ta’ madwaru u jipprova jidħol f’dimensjoni oħra u jagħmel esperjenza “mistika”.
Niżgurakom li mhux qiegħed nirrakkomanda d-droga biex persuna tagħmel esperjenza ta’ din ix-xorta; imma huwa fatt li ħafna drabi bniedem imiss id-droga għaliex ikun ġarrab vojt eżistenzjali. Ir-riċerka tikkonferma li l-bniedem iduq id-droga wkoll għaliex ikun jixtieq jirbaħ ċerti beżgħat, għaliex ma jkunx sodisfatt, għax ikun imxennaq għall-hena, fuq kollox għaliex ikun jixtieq jagħmel sens minn dak li jisfagħlu bla tifsira. Continue reading >>
Published on February 24, 2015
in Speeches.
CULTURAL PERSPECTIVES AND EMERGING PASTORAL CHALLENGES OF MARRIAGE AND FAMILY IN EUROPEAN COUNTRIES
WELCOME ADDRESS
BISHOP MARIO GRECH
President, Maltese Episcopal Conference
20th February 2015
It is my pleasure to convey this short message to welcome all scholars and invited guests participating in today’s conference. Our gathering aims to contribute in the ongoing reflections taking place in this period between the two Synods concerning the cultural and emerging pastoral challenges of marriage and the family in Europe. A special greeting tosix speakers who will help us reflect through their valid contributions.
In the presence of theologians, as a bishop I would like to express my gratitude and appreciation for your precious work. It is your vocation, in communion with the Magisterium, to acquire “an ever deeper understanding of the Word of God found in the inspired Scriptures and handed over by the living Tradition of the Church”. This Conference is a step in the right direction to service our brethen with the light of that Truth that sets us free and enlightens the Church to preach the Gospel of Joy and compassion. Your theological investigation is pivotal in order to address the challenges facing marital life and the family, because what the Church needs in the next “synodus”/ “coming together” is to provide new answers that are rooted in the Word of God, faithful to the Tradition of the Church, and creative. It is of little use to come together just to repeat what is already known. Deep theological reflection is necessary in the Church because as Vatican Council II states this enhances “the growth in the understanding of the realities and the words which have been handed down” (Dei Verbum, 8). Continue reading >>
Published on January 20, 2015
in Speeches.
L-isfidi tal-ħajja kkonsagrata “illum” f’pajjiżna
Riflessjoni tal-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex
Laqgħa għall-Persuni Kkonsagrati, Malta
It-Tlieta 13 ta’ Jannar 2015
Inħossni grat ħafna li qed tagħtuni din il-possibbiltà li għalkemm qiegħed fl-iżvantaġġ li m’iniex “reliġjuż”, nirrifletti magħkom dwar il-ħajja reliġjuża f’pajjiżna. Dan għal diversi motivi. L-ewwel nett għax nemmen li fis-senduq tal-Ħajja Reliġjuża hemm tant għerf u esperjenza evanġelika li, kif kien qal il-Beatu Papa Pawlu VI, “il-Knisja ma tistax tippermetti li jgħibu dawk ix-xhieda eċċezzjonali tat-traxxendenza tal-imħabba ta’ Kristu u s-soċjetà; jekk ma tridx tagħmel deni lilha nfisha, ma tistax tħalli dawn id-dwal jintfew” (Evangelica testificatio, 3). U kif jikteb il-Papa San Ġwanni Pawlu II, ir-reliġjużi mhux biss għandhom storja glorjuża x’jiftakru u jirrakkontaw, imma meta jħarsu ’l quddiem huma għandhom ukoll storja kbira x’jinsġu (ara Vita consecrata, 110). Continue reading >>
Published on December 9, 2014
in Speeches.
Riflessjoni fis-Solennità ta’ Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu
Manifestazzjoni Djoċesana quddiem is-Seminarju Djoċesan, il-Belt Victoria
Il-Ħadd 23 ta’ Novembru 2014
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex
TEŻOR ŻAGĦŻUGĦ
Meta naqra r-rakkont taż-żagħżugħ għani (Mt 19:16-22), nisħajjel li ma humiex ftit dawk illi jsibu ruħhom fiż-żarbun tiegħu u jmorru jiġru għand Ġesù! Għax anki fil-fond ta’ qalbna ġieli jqumu ċerti mistoqsijiet serji li mhux dejjem ikollna tweġiba għalihom.
Fiż-żagħżugħ għani nilmaħ lill-adolexxenti u ż-żgħażagħ tagħna, għax bħalu huma wkoll ġieli juru sinjali ta’ nuqqas ta’ serħan fil-kuxjenza u fil-qalb. Mhux għax l-adolexxenti u ż-żgħażagħ huma ħżiena, imma għax hija n-natura umana li tqajjem ċerti mistoqsijiet eżistenzjali, speċjalment fil-fjur tal-ħajja.
Ħafna miż-żgħażagħ huma għonja f’diversi aspetti tal-ħajja, imma l-aqwa għana li għandhom hija l-persuna tagħhom. Huma riżorsa ta’ talenti, ħiliet, ħolm u tamiet. Il-Knisja għandha għal qalbha dan il-wirt uman. Minbarra li għandhom għana materjali u interjuri, huma trawmu f’ambjent reliġjuż. Jien konvint li għadd kbir minnhom għandhom tagħrif reliġjuż. Continue reading >>