Archive for December, 2014

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Diċembru 2014

 Niżżel kopja tan-Newsheet minn hawn: newsheet-dicembru-2014.pdf

Sussidju Pastorali għall-Avvent

magi.JPGIs-Segreterija Pastorali ħarġet sussidju pastorali għall-Avvent bħala għajnuna għall-operaturi pastorali. Niżżel is-Sussidju minn hawn: 2014-sussidju-avvent-inxtehtu-fl-art-iqimuh.pdf

WERREJ

Daħla

L-Ewwel Taqsima: Tħabbira tal-Avvent
1. Il-Kebbies tal-Fanali

It-Tieni Taqsima: Teoloġija Biblika
2. Is-Salmi bħala Talba għal Kulħadd
3. L-Ispirtu tat-Talb fil-Vanġelu ta’ San Luqa
4. It-Talba tal-Missierna
5. Il-Faqar u l-Foqra fil-Bibbja

It-Tielet Taqsima: Teoloġija u Spiritwalità
6. Ħarsa qasira lejn It-Teoloġija tat-talb fil-Missirijiet tal-Knisja
7. San Ġorġ Preca u t-Talb
8. Madre Margerita – Bniedma li saret Talba

Ir-Raba’ Taqsima: Noveni tal-Milied
9. Avvent: żmien ta’ stennija
10. Intervisti ma’ Ġesù Adult dwar il-Milied
11. Mixja mal-Ħmar tal-Presepju
12. Il-Messaġġ tar-Ragħaj

Il-Ħames Taqsima: Skemi ta’ Adorazzjonijiet għal matul is-sena mibnija fuq il-passi ta’ nies li għexu ħajja qaddisa
13. Adorazzjoni Ewkaristika (San Ġorġ Preca)
14. ADORAZZJONI Ewkaristika (Venerabbli Madre Margerita De Brincat)
15. Adorazzjoni Ewkaristika (Frank Duff)
16. Adorazzjoni Ewkaristika (Santa Gianna Beretta Molla)
17. Adorazzjoni Ewkaristika (San Ġwann Bosco)

Is-Sitt Taqsima: Reċta tal-Milied
18. L-Għaġeb tal-Presepju

Mons. Isqof Grech jikteb dwar l-Avvent

avvent.jpgIL-KEBBIES TAL-FANALI
Kitba ta’ Mario Grech, Isqof t’Għawdex

Wieħed mill-isbaħ mumenti tal-Viżta Pastorali li qiegħed nagħmel huma ż-żjajjar fil-familji. Hemmhekk qed niltaqa’ mar-realtà umana. Nintebaħ li mhux kulma jleqq huwa deheb, għax għalkemm minn barra d-djar tagħna huma sbieħ, f’xi wħud minnhom hemm drammi u esperjenzi li jafu jtaqqlu l-qalb.

Għandi f’moħħi dik l-anzjana li qed tgħix waħidha. It-toqol tas-solitudni tagħha huwa mżewweġ ma’ biża’ li jibda dieħel f’darha ma’ nżul ix-xemx peress li żmien ilu xi għefiered daħlu girfulha l-ftit maħżun li kellha.

Qed niftakar f’dik il-familja fejn hemm persuna b’diżabbiltà li tiddependi għal kollox mill-oħrajn. Mingħajr ebda ħjiel ta’ dubju l-ġenituri jgħixu għal dan il-wild. Ix-xena tal-missier jakkarezza b’dawk l-idejn golfi tiegħu tibqagħli impressa. Għalkemm il-ġenituri huma totalment dedikati u jagħmlu l-ilma jiżfen, huma wkoll jinħakmu mill-ansjetà u t-tħassib dwar il-futur ta’ din il-persuna għażiża għalihom.

Fejn hemm persuna marida, il-familja kollha tkun mgħaffġa fil-morsa tal-mard. Hija sitwazzjoni wiegħra meta tkun taf li x-xjenza medika tkun qatgħet qalbha minn xi ħadd li huwa demmek u laħmek. Nistħajjel li tkun tara d-dell tal-mewt wara kull kantuniera. Continue reading >>