Published on November 30, 2009
in 2009.
Uffiċċju Komunikazzjoni Soċjali
Kurja tal-Isqof
Rabat
Għawdex
30 ta’ Novembru 2009
BŻONN GĦAL REINTREGRAZZJONI SOĊJALI TAD-DROGATI
Nhar is-Sibt li għadda, 28 ta’ Novembru 2009, fil-Lukanda Ta’ Ċenċ, waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Żagħżugħ tas-Sena, organizzata mill-Fondazzjoni OASI, li taħdem f’isem il-Knisja f’Għawdex kontra l-vizzju tad-droga, l-Isqof Mario Grech għamel dan il-messaġġ:
Normalment l-aħħar fażi tal-programm tar-riabilitazzjoni ta’ dawk li jkunu vittmi tad-droga, hija xi forma ta reintegrazzjoni tal-klijenti.
Forma ta’ reintegrazzjoni li għandha tkun evitata akkost ta’ kollox hija meta l-klijent li jkun spiċċa l-programm jerġa’ jibda jmiss id-droga u hekk jerġa’ “jinqabad” fix-xibka tal-mewt. Min imexxi d-droga jaf ikun attent bħal seqer biex japprofitta mid-dgħufija ta’ persuna li tkun tnaddfet mid-droga u jerġa’ jwaqagħha fil-vizzju.
Continue reading >>
Published on November 29, 2009
in 2009.
F’laqgħa li saret fil-Kurja tal-Isqof, nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru 2009, fl-okkażjoni tar-raba’ anniversarju mill-Ħatra ta’ Mons Mario Grech bħala Isqof ta’ Għawdex (26 ta’ Novembru 2005), l-ET l-Isqof Mario Grech ikkomunika diversi Onorifiċenzi Pontifiċji lil grupp ta’ saċerdoti.
L-Isqof ħabba li b’Digriet tal-24 ta’ Settembru li għadda, il-QT il-Papa Benedittu XVI laqa’ t-talba tal-Kurja ta’ Għawdex, u, b’sinjal ta’ rikonoxximent għall-ħidma mwettqa, ikkonferixxi dawn l-onorifiċenzi:
“Cappellani di Sua Santità” bit-titlu ta’ Monsinjur lil: Kan George Bezzina (San Ġorġ), Kan Carmel Borg (Kerċem), Kan Saverio Calleja (San Ġorġ), Kan Carmel Grech (San Ġorġ), Dun Anton Mizzi (Sannat), Dun Ġużepp Piscopo (San Lawrenz), u Kan Feliċ Tabone (San Ġorġ);
“Prelati d’Onore di Sua Santità” lil: Mons Ġużepp Attard (Arċipriet Katidral), u Mons Pawl Cardona (Arċipriet San Ġorġ).
Il-QT Benedittu XVI ikkonferixxa l-medalja “Benemerenti” lil Patri Dominic V Scerri OP, Delegat tal-Konferenza Episkopali għall-Iskejjel tal-Knisja.
Published on November 29, 2009
in 2009.
Il-bieraħ filgħaxija, is-Sibt 28 ta’ Novembru 2009, tħabbret il-mewt ta’ Mons Tumas Curmi. Dun Tumas miet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Dun Tumas twieled il-Fontana fit-13 ta’ Jannar 1931, Hu ġie ordnat saċerdot fis-6 ta’ April 1957. Dun Tumas kien kanoniku tal-Kapitlu tal-Kadtiral ta’ Għawdex. Fost il-ħidma li wettaq bħala saċerdot, għal diversi snin Dun Tumas serva lill-Knisja f’Għawdex bħala amministratur djoċesan fil-Kurja tal-Isqof.
Il-funeral ta’ Mons Tumas Curmi se jsir għada t-Tnejn 30 ta’ Novembru 2009, fl-4.00p.m., fil-Knisja Katidrali. Fis-2.00p.m. issir velja praesentae cadavere fil-Knisja ta’ San Ġakbu, mnejn jitlaq korteo fit-3.30p.m. għall-Katidral.
Ningħaqdu mal-familjari ta’ Dun Tumas, fosthom ma’ ħuh, Mons Manwel Curmi, f’talba ħerqana lil Alla biex jilqgħu fil-ferħ dejjiem fil-Ġenna.
RIP
Verzjoni PDF
English Version of Pastoral Letter can be read from here
ITTRA
PASTORALI
MILL-E.T. MONS. PAWL CREMONA O.P.
Arċisqof ta’ Malta
u
MILL-E.T. MONS. MARIO GRECH
Isqof ta’ Għawdex
AVVENT 2009
SEJĦULHOM KRISTJANI (Atti 11,26)
Maħbubin Uliedna,
Aħna qegħdin inwasslulkom din l-Ittra Pastorali tagħna għall-Avvent, iż-żmien li għalina l-Insara jrid iwassalna biex niċċelebraw it-twelid ta‟ Sidna Ġesù Kristu fostna.
Din is-Sena, dan l-Avvent se jkun ukoll magħqud ma‟ żewġ miġjiet oħra li huma maħsubin biex jgħinuna nilqgħu dan il-messaġġ.
Is-sena d-dieħla, fl-2010, aħna se nfakkru lil Missierna San Pawl fin-nawfraġju li wasslu fuq din il-gżira. Dak iż-żmien in-nies laqgħu lil San Pawl b‟att ta‟ karità, meta marru jgħinuh wara l-għarqa. Iżda huma wkoll, megħjunin mill-mirakli ta‟ San Pawl fuq il-gżira, laqgħu l-messaġġ tiegħu: it-tislima li tawh meta telaq mill-gżira tagħtina ħjiel li hu ħalla komunità ta‟ nsara warajh. Il-laqgħa ta‟ Pawlu mal-Gvernatur tal-gżira, Publju, tiġi murija fil-kuntest ta‟ miraklu, li dejjem jiġi marbut max-xandir tal-Kelma.
Din is-sena ġie mħabbar ukoll li se jkollna l-Qdusija tiegħu il-Papa Benedittu XVI li hu wkoll se jagħmel żjara fil-gżira tagħna. Huwa wkoll, bħal Ġesù l-ewwel, bħala San Pawl, se jwasslilna l-Aħbar it-Tajba għaż-żminijiet tagħna llum.
Continue reading >>
Published on November 28, 2009
in 2009.
‘Jeħtieġ iżda li naslu fi gżira’ (Atti 27, 26) hija t-tema magħżula mill-Isqfijiet Maltin għaż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta, is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ April 2010. Dan il-vers mill-Atti tal-Appostli ntagħżel mill-Isqfijiet propju għaliex is-silta f’dan il-kapitlu turi li għalkemm il-pjan u l-vjaġġ ta’ San Pawl kien li jmur Ruma, Alla kellu pjan differenti u ried li l-ġifen joħroġ minn triqtu u jasal Malta.
Bħala waħda mill-ewwel iniżjattivi bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa f’Malta, il-kumitat organizzattiv ippresedut minn Mons Charles Cordina qed iniedi kompetizzjoni għal dawk kollha li jixtiequ jissotomettu logo li jintuża spe`ifikament għal din iż-żjara. Il-logo għandu jorbot mat-tema magħżula mill-Isqfijiet.
Continue reading >>
THE SIGNIFICANCE OF THE CRIB IN OUR FAMILIES
Dear brethren,
As Christians, at Christmastime, we rejoice for the birth of our Lord Jesus Christ, an event which we acknowledge as the coming of the Son of God, as man, in our midst.
Yet we cannot fail to stand in awe if we pause to consider the greatness of the love with which God the Father prepared for the coming of his Son among us. God laid the foundations for Jesus’ Mother, Mary and his putative father, Joseph to merge their engagement and marriage with the birth of the baby which God would bless them with. This baby was the focal point of their married life. During these coming days, every Christian will reflect upon the heart-warming scene of the Baby Jesus flanked by both his parents. This scene brings us so much joy that in our homes we delight in setting up a crib for us to rejoice. We read in Holy Scripture how lovingly Mary and Joseph brought up Jesus: in the episode of the flight to Egypt, when the life of their baby was threatened (Mt 2, 13-15) and also of their anxiety when Jesus was lost in the Temple (Lk 2, 41-52).
Continue reading >>
Fil-ħarġa ta’ Diċembru nsibu tagħrif dwar il-festa tal-Kunċizzjoni Immakulata, attivitajiet tal-Leġjun ta’ Marija, Novena tal-Milied u Kalendarju Pastorali ta’ Diċembru 2009.
Nizzel in-Newsheet ta’ Diċembru minn din il-link
Published on November 26, 2009
in 2009.
UFFIĊĊJU KOMUNIKAZZJONI
Il-Kurja ta’ l-Arċisqof, Floriana
Tel: 25906203/21241281 Fax: 21242971 Email: info@maltadiocese.org
26 ta’ Novembru, 2009
128/2009
STQARRIJA TAL-PROVINCJA DUMNIKANA MALTIJA SAN PIJU V
DWAR INTERVENTI FUQ MEZZI TAX-XANDIR MINN P. MARK MONTEBELLO O.P.
Minn zmien ghal zmien, kultant ukoll b’certu frekwenza, P. Mark Montebello OP, sacerdot Dumnikan, jigi mistieden jiehu sehem fi programmi tar-radju jew tat-televizjoni biex jitkellem fuq temi kurrenti. Artikli tieghu jidhru wkoll regolarment f’gazzetti lokali.
Continue reading >>