- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Għoti ta’ Onorifiċenzi Pontifiċji

Posted By admin On November 29, 2009 @ 1:08 pm In 2009 | Comments Disabled

F’laqgħa li saret fil-Kurja tal-Isqof, nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru 2009, fl-okkażjoni tar-raba’ anniversarju mill-Ħatra ta’ Mons Mario Grech bħala Isqof ta’ Għawdex (26 ta’ Novembru 2005), l-ET l-Isqof Mario Grech ikkomunika diversi Onorifiċenzi Pontifiċji lil grupp ta’ saċerdoti.

L-Isqof ħabba li b’Digriet tal-24 ta’ Settembru li għadda, il-QT il-Papa Benedittu XVI laqa’ t-talba tal-Kurja ta’ Għawdex, u, b’sinjal ta’ rikonoxximent għall-ħidma mwettqa, ikkonferixxi dawn l-onorifiċenzi:

“Cappellani di Sua Santità” bit-titlu ta’ Monsinjur lil: Kan George Bezzina (San Ġorġ), Kan Carmel Borg (Kerċem), Kan Saverio Calleja (San Ġorġ), Kan Carmel Grech (San Ġorġ), Dun Anton Mizzi (Sannat), Dun Ġużepp Piscopo (San Lawrenz), u Kan Feliċ Tabone (San Ġorġ);

“Prelati d’Onore di Sua Santità” lil: Mons Ġużepp Attard (Arċipriet Katidral), u Mons Pawl Cardona (Arċipriet San Ġorġ).

Il-QT Benedittu XVI ikkonferixxa l-medalja “Benemerenti” lil Patri Dominic V Scerri OP, Delegat tal-Konferenza Episkopali għall-Iskejjel tal-Knisja.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2009/11/29/ghoti-ta%e2%80%99-onorificenzi-pontificji/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.