WordPress database error: [MySQL server has gone away]
SELECT * FROM wp_users WHERE ID = '1' LIMIT 1

SELECT * FROM wp_addressbook ORDER BY surname,first_name
WordPress database error: [MySQL server has gone away]
SELECT gid FROM wp_ngg_gallery WHERE gid = '115'
WordPress database error: [MySQL server has gone away]
SELECT gid FROM wp_ngg_gallery WHERE name = '115'
[slideshow=115]
Indirizz ta’ Mons Isqof Mario Grech waqt quddiesa li saret illum (28.10.09) fir-Rabat, Għawdex, fl-okkażjoni ta’ “Jum Għawdex”
Żgur li l-prijorità ta’ dawk li jħobbu lil Għawdex u ta’ dawk li għandhom id-dmir li jieħdu ħsieb il-poplu li jgħammar f’din parti tan-nazzjon Malti, hija li jindirizzaw il-problema ta’ nuqqas ta’ xogħol f’Għawdex stess.
Għandna ċerti familji li qed ibatu minħabba n-nuqqas ta’ xogħol. Minħabba li ma jsibux xogħol f’Għawdex, għadd ta’ Għawdxin qed jitilqu minn din il-gżira u jissetiljaw f’Malta jew barra minn Malta. Ċertament li għal xi wħud din mhix għażla ħielsa, imma forzata għax l-opportunitajiet f’Għawdex huma li huma. Għadd ta’ koppji żgħażagħ qed ikollhom jagħżlu li “jemigraw” minn Għawdex u jibnu l-familja tagħhom band’oħra, u dan bi prezz għoli. Dan huwa fenomenu demografiku li għandu jiġi kkunsidrat bis-serjetà għax ifisser drain qawwi ta’ talent u riżorsa ewlenija. Dan ifisser ukoll li s-soċjetà Għawdxija qed tixjieħ u l-potenzjal mhux biss ekonomiku, imma intellettwali, kulturali u spiritwali tagħna qed jinxef. Min għandu viżjoni għal Għawdex ma jistax ma jitħassibx quddiem dan il-fatt li ma tantx jawgura futur.
Għalhekk inħeġġeġ lill-imsieħba soċjali kollha f’pajjiŻna, partikularment lill-Gvern Ċentrali u lill-privat, biex jindirizzaw b’urġenza dan l-issue vitali. Anke jekk soluzzjonijiet immedjati m’humiex ħfief minħabba n-natura globalizzata tal-problema, almenu l-issue t’Għawdex għandha tkun fuq l-aġenda nazzjonali f’parità ma’ issues soċjali oħra nazzjonali. Huwa fatt li min huwa konxju ta’ dIn il-problema u jixtieq jagħmel xi ħaġa, mhux dejjem isib il-kollaborazzjoni dovuta biex id-diskors dwar l-impjiegi f’Għawdex isir b’mod responsabbli.