Published on September 9, 2009
in 2009.
KUNFLITT TA’ ĊIVILTAJIET
Nhar it-Tlieta 8 ta’ Settembru 2009, filgħodu, l-Isqof Mario Grech mexxa quddiesa pontifikali fl-okkażjoni tal-festa ta’ Marija Bambina li saret fil-Bażilika tax-Xagħra, Għawdex. Fl-omelija tiegħu huwa qal:
“F’epoka ta’ kunflitti ta’ ċivilitajiet, iċ-ċiviltà Kristjana tal-Ewropa kull ma jmur qed tiddgħajjef. Fattur ewlieni f’dan il-proċess huwa l-liberaliżmu li min-natura tiegħu jirrifjuta d-dimensjoni reliġjuża. Effett ta’ dan, illum għandna politiċi, leġiżlaturi, xjenzjati u ħassieba li jagħżlu li fl-operat tagħhom ma jagħmlu ebda referenza għal Alla. Sfortunatament anke xi Nsara llum jidhru konvinti li biex ikunu politically correct, ikun aħjar jekk ma jesprimux il-konvinzjonijiet Insara tagħhom fil-pubbliku. Dan l-atteġġjament qabbad fl-Ewropa proċess ta’ apostasija tal-Kristjanità.
Il-festa tal-Vittorja hija marbuta ma’ żewg ġrajjiet li seħħew snin ilu fl-istorja ta’ ġensna, imma fl-istess waqt jispiraw proċess li għadha għaddejja minnu c-civiltà tagħna.
Continue reading >>
Published on September 8, 2009
in 2009.
Illum it-Tlieta, 8 ta’ Settembru 2009, Festa tat-Twelid tal-Madonna, Mons Isqof Mario Grech ħatar lil Dun Joseph Bajada, saċerdot mix-Xagħra, bħala l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù, Fontana, Għawdex.
Dun Joseph Bajada twieled ix-Xagħra nhar it-30 ta’ Lulju 1970, l-iżgħar fost ħamest aħwa. Wara li ffrekwenta l-iskola primarja tax-Xagħra, huwa beda l-iskola sekondarja fil-Kumpless Ninu Cremona, ir-Rabat, Għawdex. Mill-Form 2 ’il quddiem Dun Joseph iffrekwenta s-Seminarju Minuri, fejn kompla anke s-Sixth Form.
Continue reading >>
Published on September 4, 2009
in 2009.
Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-ewwel Ġimg]a tax-Xahar fl-4 ta’ Settembru, ċelebrata mill-Isqof Nikol Cauchi.
Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament ghalihom. Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.
Published on August 17, 2009
in 2009.
“Marija mtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem tagħtina dawl dwar kemm għandu valur dak kollu li huwa uman.
Minkejja li għandna diversi li jitilgħu fuq il-kattedra u jitkellmu f’isem l-umaniżmu, qed niftaqru umanament. Infatti ħafna mir-relazzjonijiet ta’ bejnietna mhumiex sinċieri imma mibnija fuq interessi personali. Qed jiżdiedu t-tfal orfni għax jitwieldu barra miż-żwieġ jew għax il-ġenituri tagħhom infirdu. Id-diskriminazzjoni fuq ix-xogħol issir kemm ma dawk ta’ ġilda bajda u iktar ma’ dawk ta’ ġilda skura. Peress li kollox jitmexxa skont kif tiddetta l-liġi tal-profitt, ħafna valuri umani jiġu ssagrifikati!
Continue reading >>
Published on July 29, 2009
in 2009.
Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-ewwel Ġimg]a tax-Xahar fit-7 ta’ Awissu, ċelebrata mill-kapillan il-Kanonku Tonio Galea.
B]as-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament ghalihom. Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.
Published on July 27, 2009
in 2009.
QUDDIESA KONĊELEBRATA PRESEDUTA
MILL-E.T. MONS MARIO GRECH
ISQOF TA’ GĦAWDEX
Is-Segretarjat Djoċesana għall-Appostolat tal-Lajċi fid-Djocesi ta’ Ghawdex ser jorganizza Pellegrinaġġ Djoċesan għall-Parroċċa ta’ Santa Marija, Ħad-Dingli, Malta, nhar it-Tlieta, 18 t’Awwissu 2009.
Nitilqu mill-Imġarr, Għawdex mal-vapur tal-5.15p.m. Iċ-Ċirkewwa jkollna transport ipprovdut għal din l-okkażjoni.
Is-saċerdoti kollha li jiġu huma mistiedna biex jikkonċelebraw u jġibu magħhom Alba u Stola bajda.
Niġu lura mal-vapur tal-10.15p.m.
Il-biljetti ta’ €3.00 jinkisbu minn għand l-Arċipriet /Kappillan sat-Tnejn 17 ta’ Awwissu 2009.
Published on July 19, 2009
in 2009.
Hija ħaġa tassew sabiħa li l-bniedem ta’ żmienna għandu għal qalbu s-saħħa u l-ambjent. Joqgħod attent u jevita kull forma ta’ mard u tinġis, għalih innifsu, għall-familja u b’mod speċjali għall-ulied. Imma hemm ukoll tinġis tal-qalb u tal-ispirtu. Is-soċjetà li fiha qegħdin ngħixu fiha ħafna affarijiet li jtappnu l-moħħ u l-qalb u faċilment jippromwovu l-pjaċir, il-vjolenza u d-disprezz tal-persuna, speċjalment il-ġisem tal-mara. Bħalma lkoll nixtiequ nixorbu arja nadifa, hekk nixtiequ li l-qalb, il-moħħ u l-ispirtu tagħna jkunu ħielsa mit-tinġis.
Fi tmiem it-tieni kapitlu tal-Ġenesi, il-kittieb sagru jgħidilna: “U t-tnejn kienu għerja, ir-raġel u martu, u ma kienux jistħu minn xulxin”. (Ġen. 2,25) Kienu għadhom ma tħassrux bid-dnub, kien għadu ma daħalx il-ħażen. Imma mbagħad, dritt wara d-dnub “it-tnejn infetħulhom għajnejhom u ntebħu li kienu bla ħwejjeġ, u ħietu weraq tat-tin u għamlu iħżma.” (Ġen. 3,7) Din il-mistħija turi t-telfa tal-ħbiberija, il-kisra fir-rapport ta’ komunjoni, il-biża’ tad-diversità, tal-ieħor u ta’ Alla. L-għerf li l-bniedem akkwista permezz tad-dnub huwa fil-fatt ġenn li jaħseb li ftit weraq tat-tin meħjutin flimkien – espressjoni tal-ħila teknika tal-bniedem – huma biżżejjed biex isewwu dan ir-rapport miksur.
Continue reading >>
Published on July 13, 2009
in 2009.
Nhar il-Gimgha 10 ta’ Lulju fl-okkazzjoni tal- “Police Day”, l-Isqof t’Ghawdex Mons Mario Grech mexxa quddiesa koncelebrata fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija. Fl-omelija tieghu l-Isqof Grech wassal dan il-messagg:
“Fis-socjeta taghna ghandna hafna kuntrasti bejn dwal u dlamijiet! Ghall-bniedem li huwa nieqes mid-dawl interjuri, hajtu mhux biss hija disorjentata, imma tkun f’riskju.
Xi uhud ihobbu d-dlam aktar mid-dawl ghax l-ghemil taghhom huwa hazin. Min mdorri jaghmel ghazliet zbaljati ghandu diffikulta biex f’hajtu jilqa d-dawl. Imbaghad, jezistu organizazzjonijiet u sistemi li jaqblilhom li jzommu lil bniedem fid-dlam.
Quddiem din ir-realta, is-socjeta ghandha d-dmir li tipprovdi gwida biex ic-cittadini jkunu “ulied id-dawl” u jghixu hajja umanament dinjituza. Din il-gwida ghandha tkun offruta mill-ligijiet tal-pajjiz. Il-Pulizija huma l-gwardjani li, hafna drabi b’sagrificcju personali u familjari, jaraw li dawn in-normi huma rispettati.
Ma humiex il-ligijiet li jfasslu l-hajja tal-bniedem, imma hija l-hajja umana l-ghajn tal-ligijiet. Il-ligijiet u l-applikazzjoni taghhom huma strument biex il-hajja tal-persuna tkun rispettata mit-tnissil sal-mewt naturali.
Continue reading >>