Mons. Isqof Mario Grech kompla biż-żjara pastorali tiegħu fil-Brażil. Mill-belt ta´ Londrina fl-istat tal-Paranà kien imiss iżur lill-missjunarji fl-istat ta´ Alogoas. Fl-Arċidjoċesi ta´ Maceiò hemm tliet saċerdoti Għawdxin li ilhom ´l fuq minn 15-il sena fuq ħidma f´diversi parroċċi. Dawn huma Dun Jimmy Xerri li qiegħed fil-belt ta´ Messias, Dun Salv Vella f Cha di Giacheria u Dun Alex Cauchi f Japaringa. Fil-parroċċa ta’ Dun Salv Vella Mons Isqof mexxa funzjoni tal-Ewwel Tqarbina lil iktar minn 120 tfal. L-għada Mons Isqof amministra s-sagrament tal-griżma tal-Isqof lil 70 adolexxenti. Dawn il-funzjonijiet kienu mumenti ta’ ċelebrazzjonijiet kbar bil-parteċipazzjoni tal-miġemgħa u kant u ġesti liturgiċi. L-Isqof Grech inawgura Ċentru tal-Katekiżmu li Dun Salv Vella bena bil-għajnuna ġeneruża tal-poplu Malti u Għawdxi. Fil-parroċċa ta’ Dun Jimmy Mons Isqof ra kemm proġetti li saru fl-imgħoddi kif ukoll proġetti li qegħdin jibdew, bħalma huma ċ-ċentru pastorali ġdid u l-kappella ġdida. Fil-parroċċa ta’ Fr Alex Mons Isqof poġġa l-ewwel ġebla ta’ Ċentru Pastorali ġdid.
Minn Alogoas Mons Isqof żar l-isati ta Pernambuco u Paraiba. F Pernambuco Mons Isqof żar il-koperttiva San Pedro Pescatore li hija mwaqqfa u mmexxija mill-koppja Salvador u Nagela Dimech. Salvador Dimech ilu fil-Brażil iktar minn 50 sena. Hawn iltaqa’ ukoll ma Ġanni Musċat u l-familja tiegħu li jwettqu hidma karittativa mal-foqra. F’Pariaba fir-raħal ta’ San Miguele di Taipu Mons Isqof iltaqa’ ma’ Dun Ġamri Cauchi mill-Għarb, Għawdex li ilu l-Brażil 50 sena wkoll. Hawn Mons Isqof kellu ċelebrazzjoni sabiħa fil-Knisja Matriċi u wara ttieħed iżur proġett ta’ akkwist ta’ art li ġiet miksuba bil-ħidma ta’ Dun Ġamri bħala proġett soċjali. Dun Ġamri kien dejjem minn ta’ quddiem f´ħidma biex jingħataw dar u art lil dawk li qatt ma kellhom.
Fil-jiem li ġejjin Mons Isqof ser jiltaqa’ mal-primat tal-Brażil f´Salvador u jżur ukoll Rio De Janiero.