SERVIZZ TA’ L-ABBATINI FIL-VATIKAN - SAJF 2010

Għaqda Abbatini
Djoċesi ta’ Għawdex
13 ta’ Settembru 2009

SERVIZZ TA’ L-ABBATINI FIL-VATIKAN - SAJF 2010

1. Jistgħu japplikaw l-Abbatini li twieldu bejn l-1996 u 1998 u li qatt ma għamlu l-imsemmi servizz liturġiku f’San Pietru.
2. Wieħed irid ikun ilu Abbati ta’ l-inqas sitt xhur, li tulhom ikun attenda għal-laqgħat u għas-servizzi liturġiċi u jkollu mġiba tajba fil-Knisja u barra.


3. Din is-sena għandhom jintgħażlu erba’ abbatini minn Għawdex. Jekk aktar minn Abbati wieħed li jservi fl-istess parroċċa jgħaddi mill-eżami, jintgħazel biss min iġib l-iżjed marki. L-Abbati li jitħalla barra minħabba f’hekk, is-sena ta’ wara hu obbligat għal-laqgħat ta’ tħejjija.
4. L-Abbati jrid jattendi għal-laqgħat li jsiru bi tħejjija u jġib ruħu sew. Min ifalli żewġ laqgħat bla raġuni valida jitqies li ma jridx ikompli t-tħejjija.
5. L-applikanti għandhom jibagħtu sal-{imgħa 25 ta’ Settembru
a)     l-applikazzjoni mimlija, bid-dikjarazzjoni tal-missier/ta’ l-omm u tad-Direttur ta’ l-Abbatini u
b)  €12 għall-ispejjeż kollha tal-kors (lezzjonijiet, kotba u eżami).

6. L-applikazzjonijiet jitwasslu bl-idejn il-Kurja għand Sr. Paola Vella, ir-receptionist tal-Kurja: it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, mid-8.45 a.m. sal-11.15 a.m. Meta jiġu bl-applikazzjoni, jieħdu mingħand Sr. Paola żewġ kotba: ‘Il-Ministeru ta’ Abbati’ u ‘Il-Formazzjoni ta’ l-Abbati’.  Min diġa għandu ż-żewġ kotba iħallas €7 flok €12.

7. L-ewwel laqgħa ser issir is-Sibt, 3 t’Ottubru 2009 fis-Seminarju fl-10.30 a.m.. Wara jsiru ħames laqgħat oħra (10,17, 24 t’Ottubru u 7, 14 ta’ Novembru) qabel l-eżami finali li jkun is-Sibt, 28 ta’ Novembru.

8. Dawk l-abbatini li ma jintgħażlux biex jagħtu s-servizz fil-Vatikan ikunu mistiedna għal tlitt ijiem Malta fis-Sajf 2010.
Dejjem tagħkom
Rev. Brian Mejlak
Direttur Djoċesan