- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

POSSIBILITA’ LI L-PAPA BENEDITTU XVI IŻUR MALTA F’APRIL

Posted By admin On September 12, 2009 @ 8:13 am In 2009 | Comments Disabled

Wara l-istedina mill-Isqfijiet ta’ Malta u l-President tar-Repubblika lill-Qdusija tiegħu l-Papa Benedittu Sittax biex iżur Malta, Dr Alberto Gasbarri se jiġi Malta f’Ottubru biex jesplora din il-possibilita’. Dr Gasbarri, li huwa responsabbli miż-żjarat tal-Papa, se jikkunsidra li din iż-żjara ssir f’April tal-2010, fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju tan-nawfragju ta’ San Pawl.
L-isqfijiet Maltin jixtiequ jħeġġu lill-Insara Maltin u Għawdxin biex jitolbu ħalli l-gżejjer Maltin ikollhom il-grazzja tal-vista pastorali tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2009/09/12/possibilita%e2%80%99-li-l-papa-benedittu-xvi-izur-malta-f%e2%80%99april/

URLs in this post:
[1] SFOND DWAR IŻ-ŻJARAT TAL-PAPA F’MALTA: http://gozodiocese.org/wp-content/uploads/2009/09/sfond-dwar-iz-zjarat-tal-papa-fmalta.pdf

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.