Archive for the '2009' Category

Bżonn għal reintegrazzjoni soċjali tad-drogati

Uffiċċju Komunikazzjoni Soċjali
Kurja tal-Isqof
Rabat
Għawdex

30 ta’ Novembru 2009

BŻONN GĦAL REINTREGRAZZJONI SOĊJALI TAD-DROGATI

Nhar is-Sibt li għadda, 28 ta’ Novembru 2009, fil-Lukanda Ta’ Ċenċ, waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Żagħżugħ tas-Sena, organizzata mill-Fondazzjoni OASI, li taħdem f’isem il-Knisja f’Għawdex kontra l-vizzju tad-droga, l-Isqof Mario Grech għamel dan il-messaġġ:

Normalment l-aħħar fażi tal-programm tar-riabilitazzjoni ta’ dawk li jkunu vittmi tad-droga, hija xi forma ta reintegrazzjoni tal-klijenti.

Forma ta’ reintegrazzjoni li għandha tkun evitata akkost ta’ kollox hija meta l-klijent li jkun spiċċa l-programm jerġa’ jibda jmiss id-droga u hekk jerġa’ “jinqabad” fix-xibka tal-mewt. Min imexxi d-droga jaf ikun attent bħal seqer biex japprofitta mid-dgħufija ta’ persuna li tkun tnaddfet mid-droga u jerġa’ jwaqagħha fil-vizzju.

Continue reading >>

Għoti ta’ Onorifiċenzi Pontifiċji

F’laqgħa li saret fil-Kurja tal-Isqof, nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru 2009, fl-okkażjoni tar-raba’ anniversarju mill-Ħatra ta’ Mons Mario Grech bħala Isqof ta’ Għawdex (26 ta’ Novembru 2005), l-ET l-Isqof Mario Grech ikkomunika diversi Onorifiċenzi Pontifiċji lil grupp ta’ saċerdoti.

L-Isqof ħabba li b’Digriet tal-24 ta’ Settembru li għadda, il-QT il-Papa Benedittu XVI laqa’ t-talba tal-Kurja ta’ Għawdex, u, b’sinjal ta’ rikonoxximent għall-ħidma mwettqa, ikkonferixxi dawn l-onorifiċenzi:

“Cappellani di Sua Santità” bit-titlu ta’ Monsinjur lil: Kan George Bezzina (San Ġorġ), Kan Carmel Borg (Kerċem), Kan Saverio Calleja (San Ġorġ), Kan Carmel Grech (San Ġorġ), Dun Anton Mizzi (Sannat), Dun Ġużepp Piscopo (San Lawrenz), u Kan Feliċ Tabone (San Ġorġ);

“Prelati d’Onore di Sua Santità” lil: Mons Ġużepp Attard (Arċipriet Katidral), u Mons Pawl Cardona (Arċipriet San Ġorġ).

Il-QT Benedittu XVI ikkonferixxa l-medalja “Benemerenti” lil Patri Dominic V Scerri OP, Delegat tal-Konferenza Episkopali għall-Iskejjel tal-Knisja.

TITĦABBAR IL-MEWT TA’ MONS TUMAS CURMI

Il-bieraħ filgħaxija, is-Sibt 28 ta’ Novembru 2009, tħabbret il-mewt ta’ Mons Tumas Curmi. Dun Tumas miet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Dun Tumas twieled il-Fontana fit-13 ta’ Jannar 1931, Hu ġie ordnat saċerdot fis-6 ta’ April 1957. Dun Tumas kien kanoniku tal-Kapitlu tal-Kadtiral ta’ Għawdex. Fost il-ħidma li wettaq bħala saċerdot, għal diversi snin Dun Tumas serva lill-Knisja f’Għawdex bħala amministratur djoċesan fil-Kurja tal-Isqof.

Il-funeral ta’ Mons Tumas Curmi se jsir għada t-Tnejn 30 ta’ Novembru 2009, fl-4.00p.m., fil-Knisja Katidrali. Fis-2.00p.m. issir velja praesentae cadavere fil-Knisja ta’ San Ġakbu, mnejn jitlaq korteo fit-3.30p.m. għall-Katidral.

Ningħaqdu mal-familjari ta’ Dun Tumas, fosthom ma’ ħuh, Mons Manwel Curmi, f’talba ħerqana lil Alla biex jilqgħu fil-ferħ dejjiem fil-Ġenna.

RIP

L-EWWEL INIZJATTIVI BI TĦEJJIJA GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA F’MALTA

‘Jeħtieġ iżda li naslu fi gżira’ (Atti 27, 26) hija t-tema magħżula mill-Isqfijiet Maltin għaż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta, is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ April 2010. Dan            il-vers mill-Atti tal-Appostli ntagħżel mill-Isqfijiet propju għaliex is-silta f’dan il-kapitlu turi li għalkemm il-pjan u l-vjaġġ ta’ San Pawl kien li jmur Ruma, Alla kellu pjan differenti u ried li l-ġifen joħroġ minn triqtu u jasal Malta.
Bħala waħda mill-ewwel iniżjattivi bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa f’Malta, il-kumitat organizzattiv ippresedut minn Mons Charles Cordina qed iniedi kompetizzjoni għal dawk kollha li jixtiequ jissotomettu logo li jintuża spe`ifikament għal din iż-żjara. Il-logo għandu jorbot mat-tema magħżula mill-Isqfijiet.

Continue reading >>

STQARRIJA TAL-PROVINCJA DUMNIKANA MALTIJA SAN PIJU V DWAR INTERVENTI FUQ MEZZI TAX-XANDIR MINN P. MARK MONTEBELLO O.P.

UFFIĊĊJU  KOMUNIKAZZJONI
Il-Kurja ta’ l-Arċisqof, Floriana
Tel: 25906203/21241281  Fax: 21242971  Email: info@maltadiocese.org

26 ta’ Novembru, 2009
128/2009
STQARRIJA TAL-PROVINCJA DUMNIKANA MALTIJA SAN PIJU V
DWAR INTERVENTI FUQ MEZZI TAX-XANDIR MINN P. MARK MONTEBELLO O.P.

Minn zmien ghal zmien, kultant ukoll b’certu frekwenza, P. Mark Montebello OP, sacerdot Dumnikan, jigi mistieden jiehu sehem fi programmi tar-radju jew tat-televizjoni biex jitkellem fuq temi kurrenti.   Artikli tieghu jidhru wkoll regolarment f’gazzetti lokali.
Continue reading >>

LAQGĦA PLENARJA TAL-COMECE

comece_logo_anim_neu.gifIllum (il-Ġimgħa 20 ta’ Novembru 2009) tiġi fi tmiemha l-Laqgħa Plenarja tal-COMECE, il-Kummissjoni tal-Isqfijiet Ewropej li għandha s-sede tagħha fi Brussels. L-Isqof Mario Grech, li huwa membru fi ħdan din il-Kummissjoni, jirrappreżenta lill-Konferenza Episkopali Maltija.

Matul dawn it-tlett ijiem, l-isqfijiet irriflettew dwar temi diversi li jinteressaw ir-relazzjonijiet tal-Knisja mal-istituzzjonijiet Ewropej. Wieħed mill-argumenti ċentrali ta’ din il-laqgħa plenarja kien it-Trattat ta’ Lisbona li għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru li ġej, partikularment dwar artiklu 17 ta’ dan it-trattat li jistabilixxi li għandu jkun hemm djalogu bejn l-Unjoni Ewropeja u l-Knejjes u l-komunitajiet reliġjużi.

Continue reading >>

KWIEKEB UMANI LI QED JIĠĠARRFU

Meta kien qed jipprietka waqt quddiesa pontifikali fiż-Żebbuġ, Għawdex, nhar il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2009, fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Fortunatu, l-isqof t’Għawdex Mons Mario Grech qasam dan il-messaġġ:

“Familja li titkisser, żagħżugħ li jittaqqab, missier li jisfa’ bla xogħol, mara sfruttata sesswalment, huma bħal kwiekeb sbieħ li qed jaqgħu u jitkissru!

Tkun ħasra jekk naħsbu li ċerti ġrajjiet li jissemmew fl-Evanġelju, bħal meta jingħad li x-xenx tiddallam, il-qamar jitlef id-dija u l-kwiekeb jaqgħu, huma biss referenza għal x’għad jiġri fl-aħħar tad-dinja. L-istess sinjali ta’ tmermir jidhru fis-soċjetà ta’ żminijietna.

Huwa iblah il-bniedem li ma jammettix li llum ukoll hemm kwiekeb li qed jiġġarrfu – mhux dawk li nsibu f’xi kostellazzjoni stellari, imma huma dawk il-bnedmin li jinsabu għaddejjin minn esperjenzi umani traġiċi.

Continue reading >>

KONFERMA LI L-PAPA BENEDITTU XVI SE JŻUR MALTA

Pope Bendict XVI

Il-Papa Benedittu XVI se jżur Malta s-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ April 2010, fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju tan-nawfraġju ta’ San Pawl. Il-Papa se jasal Malta s-Sibt wara nofsinhar u jħalli pajjizna l-Ħadd filgħaxija. Mal-wasla tiegħu, wara laqgħat mal-ogħla Awtoritajiet Ċivili, il-Qdusija Tiegħu se jżur il-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat. Il-Ħadd filgħodu, il-Papa se jmexxi ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana u wara nofsinhar, laqgħa maż-żgħażagh fil-Valletta Waterfront.
Il-konferma taż-żjara tal-Papa Benedittu XVI qed titħabbar wara li fit-12 ta’ Settembru sar magħruf li kien hemm possibilita’ li l-Papa jżur Malta s-sena d-diehla. Dan kien possibbli wara l-istedina mill-Isqfijiet ta’ Malta u mill-President tar-Repubblika.
Id-dettalji dwar il-programm taż-żjara tal-Papa jitħabbru aktar ‘il quddiem.