Archive for the 'Il-Ħajja f’Għawdex' Category

IL-PERSEKUZZJONI KONTRA L-INSARA

persecution-of-christians.gifFil-Marċ tal-Ħdax
Ftakar Ftit Fihom!
Joseph W. Psaila
jwpsaila@melita.com

Niżżel kopja pdf: editorjal-hajja-fghawdex-gunju-lulju-2014.pdf

Kull nhar ta’ Ħadd waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa, aħna nistqarru fil-Kredu: “Nemmen fi Knisja waħda, qaddisa, Kattolika, appostolika.” Dawn huma l-erba’ karatteristiċi tal-Knisja ta’ Kristu. Niftakar lill-Isqof Cauchi fid-diskorsi tiegħu kien immankabilment iżid karatteristika oħra : “ippersegwitata”. U bir-raġun, għaliex minn dakinhar ta’ Għid il-Ħamsin, il-Knisja sabet ruħha, b’mod jew ieħor, ippersegwitata. Il-martirju taż-żagħżugħ Stiefnu, għalkemm mhux bit-tħaġġir, għadu sejjer sal-lum.

Aħna nafu li l-ewlenin Insara kienu ppersegwitati kemm mil-Lhud u kemm mir-Rumani. Infatti l-Appostli kollha minbarra Ġwanni mietu martri, taħt ix-xabla jew lanza, bil-qtugħ ir-ras jew kruċifissjoni. Tacitus, storiku tal-ideoloġija imperjali Rumana, kiteb li Neruni waddab il-ħtija tal-ħruq ta’ Ruma “fuq setta mistmerra li jsejħu lilhom infushom ‘Kristjani’ ” u hekk qabbad persekuzzjoni kbira kontra tagħhom. Ma kinitx inqas il-persekuzzjoni fit-tielet seklu taħt Dioklezjanu, meta jingħad li nqatlu xi għoxrin elf nisrani. L-ewlenin Insara (bħalma qed jiġri llum f’ċerti ambjenti fl-Ewropa) kienu jiġu wkoll mwaqqa’ għaċ-ċajt. Fil-fatt, l-ewwel xbieha ta’ Kristu li għandna hija graffiti fuq ħajt ta’ dar fil-Palatino ġewwa Ruma. Il-graffiti turi raġel fl-att ta’ adorazzjoni quddiem xbieha ta’ persuna b’ras ta’ ħmar imdendla ma’ salib u taħtha kitba bil-Grieg: “Alessameno jadura ’l Alla tiegħu.” Il-poeta Giovanni Pascoli għandu esej bil-Latin dwar din ix-xbieha. Continue reading >>

Il-Ħajja f’Għawdex
Ġunju/Lulju 2009

hajjafghawdexgunju2009.jpg

Il-Ħajja f’Għawdex hija rivista maħruġa mid-Djoċesi ta’ Għawdex.  L-ewwel ħarġa kienet f’ Ġunju ta’ 1945 u din il-ħarġa hija id-909 waħda.  Koppji jistghu  jinxtraw direttament minn Lumen Christi Bookshop jew billi jsir abbonament għall-sena.

Artikli online mill-ħarġa ta’ Ġunju-Lulju 2009.

Editorjal u Werrej
Il-Ħajja fid-Djoċesi
X’għadda minn għalina
Leħen Għawdxin
Wirt Għawdex

Il-Ħajja f’Għawdex - Jannar 2009

jannar2009cover.jpg

Il-Ħajja f’Għawdex hija rivista ta’ kull xahar maħruga mid-Djoċesi ta’ Għawdex. L-ewwel ħarga kienet f’Ġunju 1945 u issa ninsabu fil-ħarga numru 904. Din ir-rivista tista tinkiseb mill-ħwienet reliġjuzi ġewwa Għawdex jew inkella direttament minn Lumen Christi Bookshop, Rabat Għawdex.

Artikli online minn din il-ħarġa

Il-Ħajja f’Għawdex - Awwissu/Settembru 2008

hajjafghawdexawwissu.jpg 

Il-Ħajja f’Għawdex hija rivista ta’ kull xahar maħruga mid-Djocesi ta’ Għawdex. L-ewwel ħarga kienet f’Ġunju 1945 u issa ninsabu fil-ħarga numru 900. Din ir-rivista tista tinkiseb mill-ħwienet reliġjuzi ġewwa Għawdex jew inkella direttament minn Lumen Christi Media Centre, Rabat Għawdex.

Continue reading >>

Il-Ħajja f’Għawdex - Ġunju/Lulju 2008

gunjululju.jpg 

Il-Ħajja f’Għawdex hija rivista ta’ kull xahar maħruga mid-Djocesi ta’ Għawdex. L-ewwel ħarga kienet f’Ġunju 1945 u issa ninsabu fil-ħarga numru 899. Din ir-rivista tista tinkiseb mill-ħwienet reliġjuzi ġewwa Għawdex jew inkella direttament minn Lumen Christi Media Centre, Rabat Għawdex.

Artikli online minn din il-ħarġa

Il-Ħajja F’Għawdex - Mejju 2008

mejju2008.jpg

Il-Ħajja f’Għawdex hija rivista ta’ kull xahar maħruga mid-Djocesi ta’ Għawdex. L-ewwel ħarga kienet f’Ġunju 1945 u issa ninsabu fil-ħarga numru 898. Din ir-rivista tista tinkiseb mill-ħwienet reliġjuzi ġewwa Għawdex jew inkella direttament minn Lumen Christi Media Centre, Rabat Għawdex.

Artikli online mill-ħarġa ta’ Mejju 2008

Il-Hajja f’Għawdex - Marzu 2008

Il-Hajja f'Għawdex  Marzu 2008

Il-Ħajja f’Għawdex hija rivista ta’ kull xahar maħruga mid-Djocesi ta’ Għawdex. L-ewwel ħarga kienet f’Ġunju 1945 u issa ninsabu fil-ħarga numru 896. Din ir-rivista tista tinkiseb mill-ħwienet reliġjuzi ġewwa Għawdex jew inkella direttament minn Lumen Christi Media Centre, Rabat Għawdex.

Continue reading >>

Il-Ħajja f’Għawdex Frar 2008

Il-Hajja f'Għawdex - Frar 2008

Il-Ħajja f’Għawdex hija rivista ta’ kull xahar maħruga mid-Djocesi ta’ Għawdex. L-ewwel ħarga kienet f’Ġunju 1945 u issa ninsabu fil-ħarga numru 895. Din ir-rivista tista tinkiseb mill-ħwienet reliġjuzi ġewwa Għawdex jew inkella direttament minn Lumen Christi Media Centre, Rabat Għawdex.

Dwar il-ħarga ta’ Frar 2008

Niżżel dawn l-artikli mill-ħarga ta’ Frar

Kontenut tal-ħarġa ta’ Frar

  • Editorjal
  • Pastorali tar-Randan
  • X’Jghidilna l-Isqof
  • Messaġġ tal-Mument
  • Kummentarju
  • X’għadda minn għalina
  • “Picture Story”
  • Il-Ħajja fid-Djoċesi
  • Riflessi
  • Kummentarju (2)
  • L-Intervista
  • Mill-Parlament
  • Lenti fuq il-Ħajja Madwarna
  • Kotba minn Għawdex
  • Dawl għall-Ħajja
  • Il-Misteru tal-Knisja
  • Snajja Qodma
  • Kummentarju
  • Lettaratura Għawdxija
  • Lehen il-Missjunarji Għawdxin
  • Għawdex qabel ir-ritratti
  • Għawdex 300 sena ilu
  • Passiġġata Biblika
  • Mill-Kunsilli Lokali Għawdxin
  • Xħieda Nisranija
  • Tifkiriet Storiċi
  • Attwalita`
  • Ibża għall Saħħtek
  • Mix-Xena Sportiva f’Għawdex
  • Imkejjen Għawdxin