Archive for the 'Offices Communications' Category

Sena Ġubilari ta’ San Alwiġi Gonzaga - Talb għaż-Żgħażagħ bi tħejjija għas-Sinodu ta’ Ottubru

st-luis-g.jpgSENA ĠUBILARI TA’ SAN ALWIĠI GONZAGA

Il-Knisja qiegħda tniedi s-Sena Ġubilari ta’ San Alwiġi Gonzaga, fl-okkażjoni tal-450 sena mit-twelid tiegħu.

Sa minn ċkunitu, missieru kien iħarrġu fl-armi iżda huwa ntebaħ li din ma kienitx it-triq li għandu jagħżel, u għalhekk, minkejja d-diffikultajiet li sab anke minn missieru, huwa ċaħad għall-wirt tiegħu u daħal fil-Kumpanija ta’ Ġesù biex, fi spirtu ta’ safa u ta’ umiltà, ikun ta’ servizz għall-proxxmu fl-imħabba ta’ Alla.

Huwa kien idur bil-morda u kien iġorr fuq spallejh il-morda bil-pesta, li mbagħad ittieħed minnha sakemm miet fl-età ta’ 23 sena. Huwa kien ikkanonizzat mill-Papa Benedittu XIII. Continue reading >>

Tagħrif lill-Għarajjes bi tħejjija għal Żwieġ fil-Knisja

Niżżel id-dokument pdf bit-tagħrif meħtieġ minn hawn:

flyer-zwieg-fil-knisja.pdf

Servizz ta’ Naprotechnology mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

DJOĊESI TA’ GĦAWDEX
STQARRIJA TAL-KUNSILL PRESBITERALI

Fil-laqgħa li saret illum, is-Sibt 12 ta’ Mejju 2012, tal-Kunsill Presbiterali* tad-Djoċesi ta’ Għawdex, preseduta mill-E.T. l-Isqof Mons Mario Grech, il-Kunsill għamel din l-istqarrija:

“Nilqgħu bil-ferħ l-aħbar li mill-bieraħ id-Dipartiment tas-Saħħa beda joffri mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex is-servizz magħruf bħala Naprotechnology lil dawk il-koppji miżżewġin Maltin u Għawdxin li għandhom diffikultà biex ikollhom tarbija.

Permezz tan-Naprotechnology, ix-xjenza tgħin biex fil-parti l-kbira tal-każi tal-infertilità jintrebħu d-diffikultajiet fiżjoloġiċi u psikoloġiċi li jagħmlu l-mara jew ir-raġel infertili, u hekk it-tarbija titnissel b’mod naturali bir-rispett għall-integrità tal-att unittiv u prokreattiv tal-koppja miżżewġa. Din it-teknoloġija hija kuntrarja għal proposti xjentifiċi oħra li jippruvaw isolvu l-problema tal-infertilità billi jieħdu post l-att konjugali għax inisslu l-ħajja umana fil-laboratorju. Barra minn hekk, in-Naprotechnology teskludi għal kollox kull riskju li jkun hemm kemm ta’ manipulazzjoni jew qerda tal-ħajja umana kif ukoll xi forma ta’ sfruttament tal-koppja jew ta’ detriment għas-saħħa tal-mara. Propju għaliex tirrispetta n-natura tal-att konjugali u l-ħajja, in-Naprotechnology hija etikament u moralment aċċettabbli. Continue reading >>

Notification of the Ecclesiastical Tribunal of the Diocese of Gozo

Download Notification from link below

VACANCIES FL-ISKEJJEL KINDER U PRIMARJI TAL-KNISJA F’GĦAWDEX

Se joħorġu applikazjonijiet biex jimtlew xi vacancies ta’ studenti għas-Sena Skolastika 2009-2010 fl-iskejjel tal-Knsija f’Għawdex.  Il-vacancies huma f’kinder 2, fis-snin minn Year 1 sa Year 5 tal-iskejjel primarji.  Il-vacancies jimtlew bil-polza.

Il-formuli għall-applikazzjoni jridu jinġabru mill-Kurja tal-Isqof nhar it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa 6, 7 u 8 ta’ Lulju bejn it-8.30 u l-11:30 a.m.

Meta tintalab l-applikazzjoni, wieħed għandu jistaqsi sewwa f’liema snin u f’liema skejjel hemm il-vacancies, u jekk il-vacancies humiex għal studenti subien jew bniet.

Regoli temporanji dwar it-Tqarbin

ĊirkVĠen 9/2009

Lir-Reverendi Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ knejjes u Superjuri Reliġjużi

Regoli temporanji dwar it-Tqarbin

Minħabba li bdew jidhru f’pajjiżna xi każijiet ta’ Influwenza tal-virus H1N1, sakemm jingħataw direttivi oħra, it-Tqarbin Ewkaristiku bl-ostja għandu jsir biss fl-idejn, u mhux fil-ħalq. Fil-każijiet permessi għal Tqarbin mill-kalċi, it-Tqarbin m’għandux jsir billi wieħed jixrob direttament mill-istess kalċi, iżda biss ‘per intinctionem’.

Dawn id-direttivi qed jingħataw wara konsultazzjoni mal-Awtoritajiet tas-Saħħa, biex kemm jista’ jkun jiġi evitat il-periklu.

Maħruġa mill-Kurja tal-Isqof, Rabat, Għawdex, illum il-Ġimgħa, 3 ta’ Lulju 2009.

Mons. Salv Debrincat
Kanċellier

Mons. Giovanni B. Gauci
Vigarju Ġeneral

Tagħrif dwar il-każijiet ta’ nullità taż-żwieġ

mario_grech_arm.jpgDJOĊESI TA’ GĦAWDEX

TRIBUNAL EKKLEŻJASTIKU

___________________________________________________

Tagħrif dwar il-każijiet ta’ nullità taż-żwieġ

1.    Meta jkun hemm inkwiet serju fiż-żwieġ, l-ewwel ħaġa li għandek tagħmel hija li titlob lil Alla jgħinek u anke tibda tfittex għajnuna mingħand persuni kompetenti (saċerdoti, counsellors, eċċ.) biex issolvi l-problema u ma tħallix il-ħajja miżżewġa titfarrak.

2.    Imbagħad, jekk jirriżulta li wara ħafna tentattivi ma tkunux tistgħu b’ebda mod tiftehmu, allura tista’ tqis il-possibiltà li tirrikorri għat-Tribunal tal-Knisja sabiex isir proċess li jeżamina jekk iż-żwieġ tagħkom kienx jgħodd jew le. Dan huwa l-proċess għad-dikjarazzjoni tan-nullità taż-żwieġ.

Continue reading >>

Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl 2008
Ċirkulari mill-Vigarju Ġenerali

ĊirkVĠen 3/2008

Lir-Rev.di Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ Knejjes u Superjuri Reliġjużi

Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl 2008

Peress li din is-sena l-10 ta’ Frar jaħbat l-Ewwel Ħadd tar-Randan, ma tistax issir il-liturġija tas-Solennità ta’ San Pawl Nawfragu.

Għalhekk, għal din is-sena biss il-Konferenza Episkopali Maltija ttrasferiet iċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-Solennità għas-Sibt 9 ta’ Frar. Il-Kummissjoni Liturġika Nazzjonali tal-Konferenza Episkopali diġà ħadet ħsieb tati d-direttivi liturġiċi għal din l-okkażjoni. Dawn jieħdu post dawk li jidhru fl-“Ordni għaċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u tal-Liturġija tas-Sigħat” għad-dati 9 u 11 ta’ Frar 2008. Għalhekk, għat-Tnejn 11 ta’ Frar il-liturġija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u tal-Liturġija tas-Sigħat tkun dik tat-Tnejn ta’ l-Ewwel Ġimgħa tar-Randan.

Continue reading >>