- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl 2008
Ċirkulari mill-Vigarju Ġenerali

Posted By admin On February 2, 2008 @ 12:14 pm In Vicar General | Comments Disabled

ĊirkVĠen 3/2008

Lir-Rev.di Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ Knejjes u Superjuri Reliġjużi

Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl 2008

Peress li din is-sena l-10 ta’ Frar jaħbat l-Ewwel Ħadd tar-Randan, ma tistax issir il-liturġija tas-Solennità ta’ San Pawl Nawfragu.

Għalhekk, għal din is-sena biss il-Konferenza Episkopali Maltija ttrasferiet iċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-Solennità għas-Sibt 9 ta’ Frar. Il-Kummissjoni Liturġika Nazzjonali tal-Konferenza Episkopali diġà ħadet ħsieb tati d-direttivi liturġiċi għal din l-okkażjoni. Dawn jieħdu post dawk li jidhru fl-“Ordni għaċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u tal-Liturġija tas-Sigħat” għad-dati 9 u 11 ta’ Frar 2008. Għalhekk, għat-Tnejn 11 ta’ Frar il-liturġija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u tal-Liturġija tas-Sigħat tkun dik tat-Tnejn ta’ l-Ewwel Ġimgħa tar-Randan.


Il-Konferenza Episkopali Maltija, waqt li tħeġġeġ lill-insara kollha biex juru r-radd il-ħajr tagħhom lil Alla u l-imħabba tagħhom lejn San Pawl, Missierna fil-fidi u Patrun ta’ Pajjiżna, billi jqaddsu dan il-jum tad-9 ta’ Frar u jieħdu sehem b’devozzjoni fis-Sagrifiċċju tal-Quddiesa, tiddispensa għal din is-sena mill-obbligu tal-Quddiesa.

Maħruġa mill-Kurja ta’ l-Isqof, Rabat, Għawdex, illum, 25 ta Jannar 2008, Festa tal-Konverżjoni ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl.

Mons Karm Hili                                               Mons Giovanni B Gauci

Pro-Kanċellier                                                 Vigarju Ġenerali


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2008/02/02/festa-tan-nawfragju-ta%e2%80%99-san-pawl-2008cirkulari-vigarju-generali/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.