Archive for the 'Vicar General' Category

Regoli temporanji dwar it-Tqarbin

ĊirkVĠen 9/2009

Lir-Reverendi Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ knejjes u Superjuri Reliġjużi

Regoli temporanji dwar it-Tqarbin

Minħabba li bdew jidhru f’pajjiżna xi każijiet ta’ Influwenza tal-virus H1N1, sakemm jingħataw direttivi oħra, it-Tqarbin Ewkaristiku bl-ostja għandu jsir biss fl-idejn, u mhux fil-ħalq. Fil-każijiet permessi għal Tqarbin mill-kalċi, it-Tqarbin m’għandux jsir billi wieħed jixrob direttament mill-istess kalċi, iżda biss ‘per intinctionem’.

Dawn id-direttivi qed jingħataw wara konsultazzjoni mal-Awtoritajiet tas-Saħħa, biex kemm jista’ jkun jiġi evitat il-periklu.

Maħruġa mill-Kurja tal-Isqof, Rabat, Għawdex, illum il-Ġimgħa, 3 ta’ Lulju 2009.

Mons. Salv Debrincat
Kanċellier

Mons. Giovanni B. Gauci
Vigarju Ġeneral

Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl 2008
Ċirkulari mill-Vigarju Ġenerali

ĊirkVĠen 3/2008

Lir-Rev.di Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ Knejjes u Superjuri Reliġjużi

Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl 2008

Peress li din is-sena l-10 ta’ Frar jaħbat l-Ewwel Ħadd tar-Randan, ma tistax issir il-liturġija tas-Solennità ta’ San Pawl Nawfragu.

Għalhekk, għal din is-sena biss il-Konferenza Episkopali Maltija ttrasferiet iċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-Solennità għas-Sibt 9 ta’ Frar. Il-Kummissjoni Liturġika Nazzjonali tal-Konferenza Episkopali diġà ħadet ħsieb tati d-direttivi liturġiċi għal din l-okkażjoni. Dawn jieħdu post dawk li jidhru fl-“Ordni għaċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u tal-Liturġija tas-Sigħat” għad-dati 9 u 11 ta’ Frar 2008. Għalhekk, għat-Tnejn 11 ta’ Frar il-liturġija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa u tal-Liturġija tas-Sigħat tkun dik tat-Tnejn ta’ l-Ewwel Ġimgħa tar-Randan.

Continue reading >>