Archive for May, 2015

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Mejju 2015

Niżżel kopja tan-Newsheet minn hawn: newsheet-mejju-2015.pdf

Bullettin tal-Ħadd - 17 ta’ Mejju 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-mejju-17.jpg

Pellegrinaġġ Djoċesan għal fuq il-qabar ta’ San Ġorġ Preca

Omelija fil-Festa ta’ San Ġorġ Preca
Pellegrinaġġ Djoċesan lejn il-Kappella tal-Medalja Mirakuluża, il-Blata l-Bajda
Il-Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

pellegrinagg-san-gorg-preca-2015.jpg

INQAJMU X-XEWQA GĦAL ALLA

Harold J. Berman huwa Lhudi li kkonverta għall-Kristjaneżmu.  Għadda sittin sena jgħallem il-liġi fl-Università ta’ Harvard u f’dik ta’ Emory.  Huwa jirrakkonta li darba, meta sema’ li Hitler kien invada l-Polonja, iddeċieda li jaqbad it-trejn u jaħrab lejn Franza.  Kif kien waħdu fit-trejn, kellu dehra ta’ Kristu – snin wara huwa ltaqa’ ma’ ikona li fakkritu f’dak il-wiċċ li ra fil-viżjoni.  Kif it-trejn wasal Pariġi, Berman baqa’ sejjer fil-Katidral ta’ Notre Dame u għall-ewwel darba f’ħajtu għamel talba personali lil Alla.  Martu, li kienet Protestanta, staqsietu kif ikkonverta għar-reliġjon Nisranija mingħajr qatt ma kien qara l-Vanġeli.  It-tweġiba tiegħu kienet: “Meta l-Appostli marru wara Ġesù, m’għamluhx għax qraw il-Vanġelu, imma għaliex iltaqgħu miegħu”.  Dan ifisser li kienet il-laqgħa tagħhom ma’ Ġesù li saħħrithom u bidlithom. Continue reading >>

Iċċelebrati l-Kwaranturi Mqaddsa fil-parroċċa ta’ San Ġorġ

Omelija fil-Kwaranturi Mqaddsa
Bażilika San Ġorġ, il-Belt Victoria
Il-Ħadd 10 ta’ Mejju 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

dsc_0569.JPG

“ĦOBBU LIL XULXIN”

“Ħobbu lil xulxin”.  Din il-proposta ta’ Ġesù kapaċi tħawwadni u ddaħħalni fi kriżi.  Huwa kliem iebes biex ngħixu u aktar tqil biex nipprietkah.  Hawnhekk Ġesù ma jużax nofs kliem imma kliem ċar u dirett: “Ħobbu lil xulxin!”.  U t-tweġiba tagħna ma tistax tkun ambigwa imma ċara u tonda: jew inħobb jew ma nħobbx.  Mhemmx imħabba ta’ nofs kedda!  L-imħabba tal-proxxmu hija l-qalba tal-Vanġelu, u jekk irridu nkunu serji, ma nistgħux niċċajtaw ma’ dan il-“kmandament ġdid”.  L-imħabba fraterna hija dik li tiddistingwina bħala dixxipli ta’ Kristu: “Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom” (Ġw 13:35).  Jekk irridu riga biex inkejlu kemm il-ħajja Nisranija tagħna hija awtentika, nistaqsu lilna nfusna kemm qegħdin nimpenjaw ruħna biex nikbru fl-imħabba lejn il-proxxmu.

Faċli li meta nitkellmu dwar l-imħabba, nintilfu fil-poeżija – kliem sabiħ, anki teoloġikament profond, imma nieqes mill-prattiċità.  Ser insemmi ftit punti biex ngħin fir-riflessjoni dwar kif għandna ngħixu dan il-kmandament fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Continue reading >>

Imfakkar Fra Baskal

Omelija fil-125 anniversarju minn meta
l-Qaddej ta’ Alla Fra Baskal Farrugia daħal mal-Patrijiet Kapuċċini
Knisja tal-Patrijiet Franġiskani Kapuċċini, il-Belt Victoria
Il-Ħamis 7 ta’ Mejju 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

125-fra-baskal-2.JPG

BASKAL FRA FERĦAN

Fil-Bibbja naqraw illi “qalb ferħana tagħti s-saħħa, ruħ imnikkta tmewwet il-ġisem” (Prov 17:22).  Ma naħsibx li din hija xi verità rivelata minn Alla, imma l-bniedem jitgħallimha mill-esperjenza.  Fil-fatt, id-dwejjaq, in-niket u d-diżgwid itaqqlulna l-ħajja; imma meta nkunu kuntenti, il-ferħ mhux biss jimliena bil-ħajja u l-enerġija, imma jistimulana biex naqsmu din il-kuntentizza mal-oħrajn.  Għalhekk nifhem ukoll għaliex il-bniedem, partikularment il-bniedem tal-lum, ħafna drabi jinfixel għax ma jafx x’jaqbad jagħmel biex jikseb ferħ li jtul u mhux itirlu f’ħakka t’għajn. Continue reading >>

L-Isqof iżur l-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof

Messaġġ fiċ-Ċelebrazzjoni “Il-Kelma ta’ Alla u l-mara”
Skola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof, il-Belt Victoria
L-Erbgħa 6 ta’ Mejju 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

NINDUKRAW L-IDENTITÀ TAL-MARA

F’messaġġ li għamel lill-istudenti li jattendu fl-ewwel klassi tal-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof f’Għawdex, l-Isqof Mario Grech appella biex il-mara ma tippermetti lil ħadd jisirqilha l-identità femminili tagħha.

zjara-fl-iskola-sekondarja-konservatorju-tal-isqof-2015.jpg

NINDUKRAW L-IDENTITÀ TAL-MARA

F’messaġġ li għamel lill-istudenti li jattendu fl-ewwel klassi tal-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof f’Għawdex, l-Isqof Mario Grech appella biex il-mara ma tippermetti lil ħadd jisirqilha l-identità femminili tagħha.

Huwa fatt li qegħdin ngħixu f’kultura maskilista li qed tikkundizzjona l-moħħ u l-qalb tal-mara.  Fil-fatt, ħafna drabi l-mara, xi drabi anki inkonxjament, issib ruħha taħseb u taġixxi skont kif jixtiequ minnha l-irġiel b’tali mod li mara saret inqas “mara” u aktar “raġel”.  Huwa fatt li għalkemm fl-aħħar snin kien hemm kisbiet f’dawk li jissejħu drittijiet tan-nisa, mhux dak kollu li s-soċjetà rrikonoxxiet lill-mara ssarraf f’avvanz veru tal-mara.  Diversi drabi l-mara sabet ruħha ridotta għal “oġġett” fi skemi maħsuba u ddettati mill-irġiel.  Għalhekk nappella lit-tfajliet biex jgħassu fuq dak kollu li huwa l-patrimonju femminili tagħhom, għax meta jitnaqqru jew jgħibu l-karatteristiċi propji tan-nisa, inkunu tlifna element essenzjali u insostitwibbli biex bħala bnedmin ikollna ħajja sħiħa. Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 10 ta’ Mejju 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-mejju-10.jpg

Ittra Ċirkulari ta’ Mons. Isqof Mario Grech

madonna-ta-pinu.jpg40/2015

ITTRA ĊIRKULARI
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

L-Erbgħat ta’ Santa Marija

Lir-Reverendi Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ Knejjes, Superjuri Reliġjużi, Persuni Kkonsagrati u Lajċi Nsara.

Għeżież ħuti,

Ix-xahar ta’ Mejju hu wieħed għażiż għalina, mhux biss għax fih inkomplu ngħixu ż-żmien hieni tal-Għid li jwassalna għas-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin, imma wkoll għax fih induru b’mod partikulari lejn il-Verġni Marija.

L-Erbgħat ta’ Santa Marija li ser nibdew nhar l-Erbgħa li ġej, 6 ta’ Mejju, huma mixja mill-aktar siewja biex l-Omm tagħna tgħinna ngħixu l-Għid ta’ Binha fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, b’ħaristna lejn il-glorja li hemm tistenniena u li biha hi diġà mlibbsa l-Qaddejja tal-Mulej. Continue reading >>