Archive for May, 2015

Bullettin tal-Ħadd - 31 ta’ Mejju 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-mejju-31.jpg

L-Istudenti jiċċelebraw il-ħajja

Messaġġ fiċ-Ċelebrazzjoni favur il-Ħajja għall-istudenti tal-Forms 3 u 4 tal-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja f’Għawdex
Santwarju Nazzjonali Madonna Ta’ Pinu
It-Tlieta 26 ta’ Mejju 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

celebrazzjoni-favur-il-hajja-2.jpg

ĠNIEN IWARRAD

Meta nħares lura lejn dawn il-wieħed u tletin sena ta’ ħajja saċerdotali, inħoss li għandi nirringrazzja lil Alla li qegħedni fi ġnien kollu fjuri sbieħ u nqeda bija biex jikkura u jsaqqi dan il-ġnien biex il-fjuri jkomplu jnibbtu, jikbru, jiftħu, iħejnu u jfewħu.  Parti minn dan il-ġnien huwa intom l-adolexxenti u ż-żgħażagħ.  Fin-nuqqas tagħkom, il-ġnien ikun għeri u ikrah; imma kull wieħed u waħda minnkom hija warda li kellha l-bidu tagħha f’żerriegħa ċkejkuna, u wara disa’ xhur moħbija fil-ġuf tal-omm, din il-warda bdiet tnibbet, tispunta, tikber, tarmi weraq il-ġmiel tiegħu u twarrad b’kuluri l-ġmiel tagħhom.

Bħalma l-fjuri, għalkemm imdandna bil-ġmiel, huma dgħajfa u faċli li tiġrilhom il-ħsara għax jistgħu jitqaċċtu, jinkisru jew jitgħaffġu, hekk ukoll il-ħajja umana hija delikata u fraġli tant li tista’ titneżża’ mill-ġmiel tagħha u saħansitra titgħaffeġ taħt ir-riġlejn.  Hekk jiġrilu min jinqabad fil-vizzju tax-xorb, tat-tipjip u tad-droga.  Nuqqas ta’ ħsieb fis-sewqan jaf iqiegħed fil-periklu kemm il-ħajja ta’ min ikun isuq u kemm tal-oħrajn. Continue reading >>

Ċelebrazzjoni tal-Ħajja mal-istudenti f’Ta’ Pinu

 

celebrazzjoni-favur-il-hajja.jpg

L-istudenti tat-tielet sena fl-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja f’Għawdex – is-Seminarju Minuri u l-Konservartorju tal-Isqof – għadhom kemm temmu mixja ta’ disa’ xhur mit-tnissil sat-twelid ta’ tarbija, tul is-sena skolastika li waslet biex tispiċċa.

Din laħqet il-qofol tagħha f’Ċelebrazzjoni tal-Ħajja li bdiet b’mixja mill-Belt Victoria lejn is-Santwarju Ta’ Pinu, nhar it-Tlieta 26 ta’ Mejju 2015.  Fl-okkażjoni tal-ħamsa u għoxrin anniversarju miż-żjara tal-Papa San Ġwanni Pawlu II f’Għawdex, li kien qed jitfakkar propju f’dak il-jum, il-mixja telqet minn ħdejn l-istatwa monumentali tal-bronż imwaqqfa f’ġieħu fil-bidu tat-triq li twassal lejn is-Santwarju Marjan, fejn imbagħad inżammet funzjoni mmexxija minn Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex.

L-istudenti ingħataw minn Dar Ġużeppa Debono, li organizzat l-inizjattiva, t-shirts oranġjo bl-islogan fuqhom “Napprezza l-Ħajja”.

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Ġunju 2015

Niżżel kopja tan-Newsheet minn hawn: newsheet-gunju-2015.pdf

Velja Djoċesana ta’ Għid il-Ħamsin

“L-Ispirtu jaħdem kemm fil-Knisja u kemm barra”
L-Isqof Grech fil-Velja Djoċesana ta’ Għid il-Ħamsin

Il-Knisja f’Għawdex iċċelebrat is-solennità ta’ Għid il-Ħamsin, li tagħlaq iż-żmien qaddis tal-Għid, b’Velja Djoċesana mmexxija minn Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, nhar is-Sibt 23 ta’ Mejju, fis-7.30pm, fil-knisja arċipretali ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat.

Għall-Quddiesa kienu preżenti għadd sabiħ ta’ sorijiet u persuni oħra ta’ ħajja kkonsagrata mid-Djoċesi, billi fil-Knisja din hi s-Sena tal-Ħajja Kkonsagrata.  Il-Liturġija kienet animata mill-Kor Djoċesan taż-Żgħażagħ taħt id-direzzjoni ta’ Dorienne Portelli. Continue reading >>

H.E. Mgr Mario Roberto Cassari appointed Apostolic Nuncio to Malta

mgr-mario-roberto-cassari.jpg

Today, His Holiness Pope Francis has appointed His Excellency Monsignor Mario Roberto CASSARI, Titular Archbishop of Tronto and currently Apostolic Nuncio to South Africa, Botswana, Lesotho, Namibia and Swaziland, as the new Apostolic Nuncio to Malta.

On the nomination by the Holy Father of His Excellency Monsignor Aldo Cavalli as the Apostolic Nuncio in the Kingdom of the Netherlands on the 21st March 2015, the post of Apostolic Nuncio to Malta has since been vacant. Continue reading >>

Titħabbar il-mewt ta’ Mons. Anton Sultana

mons-anton-sultana.jpgMons. Anton Sultana (1945-2015)

Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Mejju 2015, Għawdex u d-Djoċesi tiegħu tilfu saċerdot, kittieb u patrijott kbir.  Monsinjur Anton Sultana, Arċipriet Emeritu tal-Qala, miet wara xhur ta’ marda kiefra fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fl-età ta’ sebgħin sena.  Kulħadd jibqa’ jiftakru bħala ragħaj li kellu għal qalbu l-Knisja u t-tagħlim ta’ Kristu, hekk li mal-prinċipji tal-Vanġelu għalih ma kienx hemm tidwir bil-kliem u anqas kompromessi!  Inqeda b’kull mezz, speċjalment bil-kelma stampata u mxandra, biex jagħmel il-ġid.

Dun Anton Sultana twieled il-Qala fit-12 ta’ April 1945.  Minn dejjem kellu mħabba kbira lejn it-tixrid tal-Kelma t-tajba.  Fil-fatt bħala seminarista kien beda l-fuljett tas-seminaristi bl-isem Action li għadu jiġi ppubblikat sal-lum f’għamla ta’ rivista.  Huwa ġie ordnat saċerdot minn Mons. Isqof Nikol Ġ. Cauchi, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, fil-Bażilika u Kolleġġjata tax-Xagħra fit-30 ta’ Mejju 1970. Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 24 ta’ Mejju 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-mejju-24.jpg