Archive for October, 2014

Bullettin tal-Ħadd - 2 ta’ Novembru 2014

Niżżel kopja tal-Bullettin minn hawn:

bullettin-2014-novembru-02.jpg

L-Isqof ta’ Għawdex u l-Ministru għal Għawdex iżuru l-Wirja

Ilbieraħ filgħodu, 30 ta’ Ottubru 2014, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech u l-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo għamlu żjara lill-Wirja Għawdex: 150 Sena Djoċesi fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex, il-Belt Victoria.

ftuh-tal-wirja-ghawdex-150-sena-djocesi.jpg

“Djoċesi li tat kontribut kbir lil Għawdex u lill-Għawdxin”
Il-Ministru Anton Refalo

“Matul dawn l-aħħar mija u ħamsin sena d-Djoċesi ta’ Għawdex tat kontribut kbir lil Għawdex u lill-Għawdxin”.  Dan kien kliem il-Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo meta ilbieraħ (il-Ħamis 30 ta’ Ottubru 2014) żar il-wirja Għawdex: 150 Sena Djoċesi li qed tittella’ bħalissa fis-Sala tal-Wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex fi Pjazza San Franġisk, il-Belt Victoria.  Il-wirja ġiet imħejjija mill-Kumitat taċ-Ċelebrazzjonijiet u l-Kummissjoni Arti Sagra fi ħdan id-Djoċesi ta’ Għawdex bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex. Continue reading >>

Iċċelebrat Jum Għawdex

Omelija f’Jum Għawdex
Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, Għawdex
It-Tlieta 28 ta’ Ottubru 2014
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

INKATTRU L-KULTURA TAL-OSPITALITÀ
Il-ġemgħa li kienet tinġabar madwar Ġesù kienet magħmula minn persuni ġejjin minn reġjuni differenti – mil-Lhudija, minn Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon (Lq 6:17).  Din il-folla multi-etnika nġabret madwar Ġesù għax kienet qiegħda tfittex it-tama – xtaqet li jkollha futur.

Nara xebh bejn il-poplu li kien ifforma ruħu madwar Ġesù u s-soċjetà Għawdxija.  Illum is-soċjetà tagħna ma għadhiex omoġenja, għaliex fostna għandna għadd ta’ barranin – qed nirreferi għal dawk ġejjin mill-Ewropa tal-Lvant kif ukoll l-immigranti li qed jaslu fostna kemm mill-Afrika u kemm mis-Sirja u l-Iraq.  In-numru sinifikattiv ta’ studenti barranin li qed jattendu fl-iskejjel tagħna huwa konferma ta’ dan. Continue reading >>

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Novembru 2014

Niżżel kopja tan-Newsheet minn hawn: newsheet-novembru-2014.pdf

Musical fl-Oratorju Don Bosco

musical-oratorju-imhabba-ta-veru.jpg

Tagħrif dwar il-Wirja Storika mtellgħa fl-okkażjoni tat-Twaqqif tad-Djoċesi ta’ Għawdex

Niżżel it-tagħrif dwar il-wirja minn hawn: 150-sena-booklet.pdf

Ittra Pastorali fuq is-Sinodu dwar il-Familja

cardinal-vincent-nichols-with-pope-francis-outside-the-synod-hall-vatican.jpgJumejn ilu, il-Kardinal Vincent Nichols, l-Arċisqof ta’ Westminister fl-Ingilterra, ippubblika din l-Ittra Pastorali dwar l-esperjenza li kellna fil-ħmistax li għaddew fis-Sinodu dwar il-familja.  Din l-Ittra tant togħġobni illi kieku l-Kardinal Nichols, li konna flimkien għas-Sinodu, talabni noħorġuha flimkien, kont naċċetta mingħajr ma nibdel lanqas kelma waħda.  Peress li fil-fehma tiegħi din l-Ittra fiha ġabra fil-qosor ta’ dak li sar fis-Sinodu, ħassejt li nipproponiha għar-riflessjoni tagħkom.

L-Isqof Mario Grech

* * *

Għeżież ħuti f’Ġesù Kristu,

Illum nixtieq inkellimkom ftit dwar is-Sinodu Staordinarju tal-Isqfijiet li għadu kemm inżamm f’Ruma dwar it-tema tal-isfidi pastorali li qed tħabbat wiċċha magħhom il-familja fil-kuntest tal-evanġelizzazzjoni.  Inħossni xxurtjat li stajt nieħu sehem f’din il-laqgħa ta’ ġimagħtejn.  Sibt li kienet esperjenza għanja u kommoventi. Continue reading >>

L-Assemblea tal-Azzjoni Kattolika f’Għawdex

Omelija fil-Ftuħ tas-Sena Soċjali tal-Azzjoni Kattolika
Knisja Arċipretali tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem
Is-Sibt 25 ta’ Ottubru 2014
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

assemblea-generali-tal-ak-ott-2014.jpg

IMĦABBA SKANDALUŻA

Fil-Vanġelu naqraw li Ġesù ma jiżfinx għall-mużika li daqqewlu l-Fariżej (ara Mt 22:34-40).  Ħasbu li kien ser iweġibhom għat-ton tagħhom, imma Ġesù jwieġeb b’mod għal kollox ġdid.  Għal darba oħra, Ġesù juri kemm jaf ikun sorprendenti.  Mingħajr ma jmur kontra l-ispirtu tal-Kmandamenti, Ġesù jħossu ħieles li joffri tweġiba ġdida għal sitwazzjoni ġdida.  Flok ma jsemmi l-Għaxar Kmandamenti, Ġesù jipproponi l-kmandament ġdid tal-imħabba li huwa l-qofol tal-Għaxar Kmandamenti. Continue reading >>