Archive for the '2012' Category

Miż-Żjara ad limina

MARTEDÌ 29 MAGGIO 2012
Malta

La famiglia al centro della società / Intervista al vescovo di Gozo
L’Osservatore Romano

(Nicola Gori) Famiglia, solidarietà, evangelizzazione. Sono alcune delle priorità che la diocesi di Gozo pone all’attenzione dei fedeli e delle componenti sociali. In particolare, si vuole porre la famiglia al centro della società, in quanto cellula base sulla quale si ripercuotono crisi e speranze di ogni persona. Lo dice il vescovo Mario Grech dal 2006 alla guida della diocesi maltese di Gozo, in questa intervista al nostro giornale, in occasione della visita ad limina.

Continue reading >>

IL-LOGĦOB TAN-NAR, IS-SAĦĦA U L-AMBJENT
Stqarrija Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

Niżżel l-istqarrija mill-link ta’ hawn

JITWAQQAF IL-MOVIMENT IVA GĦALL-ĦAJJA UMANA

logoihu.jpg

L-ISTQARRIJA GħALL-ISTAMPA 1/2012

Il-Ġimgħa, 25 ta’ Mejju 2012

JITWAQQAF IL-MOVIMENT IVA GĦALL-ĦAJJA UMANA

Il-Moviment IVA għall-Ħajja Umana hu magħmul minn nies li huma favur il-ħajja tal-bniedem f’kull aspett tagħha.  Il-ħajja umana għandha ti[i mħarsa sa mill-bidunett tagħha u qatt ma tkun esposta għal manipulazzjoni u għal periklu li tinqered.

Il-Moviment IVA għall-Ħajja Umana huwa vuċi għall-embrijun, għat-tfal, żgħażagħ, adulti, anzjani, morda, persuni b’diffikulta’ jew b’diżabbilita’ u b’kull kundizzjoni li bniedem jista’ jsib ruħu fiha.  Dan il-grupp jemmen li l-ħajja tal-bniedem tibda mill-konċepiment u tintemm mall-aħħar nifs.  Dan il-Moviment huwa magħmul minn Maltin u Għawdxin minn diversi setturi tas-soċjeta’: lajċi, professjonisti, ommijiet, missirijiet, tfal, eċċ.  Is-soċjeta’ Maltija u Għawdxija qiegħda tiffaċċja theddida għall-valuri li għal sekli sħaħ missirijietna ndukraw, għożżew u għaddewlna minn [enerazzjoni għall-oħra. Fl-aħħar snin [abu magħhom ‘tsunami’ distruttiv għal dawn il-valuri, ewlieni fosthom it-theddida għall-ħajja umana u r-rispett sħiħ lejha.

Continue reading >>

L-Isqfijiet Maltin fuq Żjara ad limina Apostolorum

Uffiċċju Komunikazzjoni
Arċidjoċesi ta’ Malta

26 ta’ Mejju, 2012
72/2012

ŻJARA AD LIMINA MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA U L-ISQOF MARIO GRECH

Nhar il-Tnejn li ġej l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Mario Grech se jkunu l-Vatikan għaż-żjara ad Limina dwar id-djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex.

Iż-żjara hekk msejħa ad Limina ssir regolarment biex l-isqfijiet jagħtu rendikont dwar id-djoċesi li huma responsabbli għaliha. Normalment din iż-żjara ssir kull ħames snin u tinkludi numru ta’ laqgħat mad-dekasteri tal-Kurja Rumana. Dawn jinkludu s-Segreterija tal-Istat, il-Kongregazzjonijiet, it-Tribunali, l-Kunsilli u l-Uffiċċji Pontifiċji.  Continue reading >>

Nota Pastorali tal-Kulleġġ tal-Kappillani

Djoċesi ta’ Għawdex

Kulleġġ tal-Kappillani

NOTA PASTORALI
DWAR IL-LOGĦOB TAN-NAR FIL-FESTI

Il-festi li niċċelebraw fil-parroċċi u fi knejjes oħra huma esperjenza sabiħa fil-mixja liturġika tal-komunità Nisranija.  Huma mumenti speċjali fejn il-komunità tinġabar flimkien biex tiċċelebra l-Misteru tal-Fidi tagħna, permezz tal-liturġija u x-xandir tal-Kelma ta’ Alla.  Il-festi joffru okkażjoni qawwija ta’ volontarjat u ġesti ta’ karità u solidarjetà, joħolqu komunjoni u identità.

Nemmnu li l-festi tal-ibliet u l-irħula tagħna, minbarra li huma espressjoni esterna tad-devozzjoni popolari tal-poplu tagħna, huma parti importanti mill-ħajja soċjali u kulturali tagħna bħala poplu.  Għaldaqstant inħossuna fid-dmir li nipproteġu dan il-wirt reliġjuż, soċjali u kulturali minn dak kollu li jipprova jbiegħdu mill-iskop ewlieni tiegħu. Continue reading >>

Servizz ta’ Naprotechnology mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

DJOĊESI TA’ GĦAWDEX
STQARRIJA TAL-KUNSILL PRESBITERALI

Fil-laqgħa li saret illum, is-Sibt 12 ta’ Mejju 2012, tal-Kunsill Presbiterali* tad-Djoċesi ta’ Għawdex, preseduta mill-E.T. l-Isqof Mons Mario Grech, il-Kunsill għamel din l-istqarrija:

“Nilqgħu bil-ferħ l-aħbar li mill-bieraħ id-Dipartiment tas-Saħħa beda joffri mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex is-servizz magħruf bħala Naprotechnology lil dawk il-koppji miżżewġin Maltin u Għawdxin li għandhom diffikultà biex ikollhom tarbija.

Permezz tan-Naprotechnology, ix-xjenza tgħin biex fil-parti l-kbira tal-każi tal-infertilità jintrebħu d-diffikultajiet fiżjoloġiċi u psikoloġiċi li jagħmlu l-mara jew ir-raġel infertili, u hekk it-tarbija titnissel b’mod naturali bir-rispett għall-integrità tal-att unittiv u prokreattiv tal-koppja miżżewġa. Din it-teknoloġija hija kuntrarja għal proposti xjentifiċi oħra li jippruvaw isolvu l-problema tal-infertilità billi jieħdu post l-att konjugali għax inisslu l-ħajja umana fil-laboratorju. Barra minn hekk, in-Naprotechnology teskludi għal kollox kull riskju li jkun hemm kemm ta’ manipulazzjoni jew qerda tal-ħajja umana kif ukoll xi forma ta’ sfruttament tal-koppja jew ta’ detriment għas-saħħa tal-mara. Propju għaliex tirrispetta n-natura tal-att konjugali u l-ħajja, in-Naprotechnology hija etikament u moralment aċċettabbli. Continue reading >>

Permanent link bejn Għawdex u Malta

Stqarrija għall-istampa

Il-Kulleġġ tal-Kappillani t’Għawdex, imlaqqa’ taħt il-presidenza tal-Isqof Mario Grech fit-2 ta’ Mejju 2012:

1. jilqa’ b’sodisfazzjon ir-riżultati pożittivi li ħarġu fir-rapport  prelimari dwar il-possibilità ta’ permanent link bejn Għawdex u Malta, u jfakkar li hu diġà esprima ruħu favur studju li jista’ jwassal biex jintlaħaq dan il-għan;

2. jinnota li jeżisti qbil bejn il-partiti politiċi u gruppi kostitwiti favur li dan l-istudju jgħaddi għal fażi oħra;

3. jemmen li dan il-proġett ikompli jsaħħaħ u jgħin fl-iżvilupp kulturali, soċjali, ekonomiku u reliġjuż tal-gżira ta’ Għawdex.

Jum il-Premjazzjoni fis-Seminarju Minuri ta’ G]awdex

SEMINARJU MINURI TAL-QALB TA’ ĠESÙ
JUM IL-PREMJAZZJONI GĦAS-SENA 2010-2011
20 ta’ April 2012

Diskors tas-Surmast Dun Emmanuel Saliba

Eċċellenza Reveredissima Mons. Mario Grech, Dr Rose Anne Cuschieri Direttur tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, rapprezentanti mill-Kulleġġ t’Għawdex, mistednin distinti, għalliema, ġenituri, studenti u ħbieb li ġejtu tifirħu magħna: Għal darb’ohra nagħtikom merħba u nilqagħkom għal din l-attività ta’ Jum il-Premjazzjoni. Continue reading >>