Stqarrija għall-istampa
Il-Kulleġġ tal-Kappillani t’Għawdex, imlaqqa’ taħt il-presidenza tal-Isqof Mario Grech fit-2 ta’ Mejju 2012:
1. jilqa’ b’sodisfazzjon ir-riżultati pożittivi li ħarġu fir-rapport prelimari dwar il-possibilità ta’ permanent link bejn Għawdex u Malta, u jfakkar li hu diġà esprima ruħu favur studju li jista’ jwassal biex jintlaħaq dan il-għan;
2. jinnota li jeżisti qbil bejn il-partiti politiċi u gruppi kostitwiti favur li dan l-istudju jgħaddi għal fażi oħra;
3. jemmen li dan il-proġett ikompli jsaħħaħ u jgħin fl-iżvilupp kulturali, soċjali, ekonomiku u reliġjuż tal-gżira ta’ Għawdex.