Archive for the '2008' Category

Nhar is-Sibt tiftaħ is-Sena Pawlina Fid-Djoċesi ta’ Għawdex

Poster Ftuh tas Sena Pawlina

Nhar is-Sibt 28 ta’ Ġunju 2008, lejliet is-solennita’ ta’ l-Appostli San Pietru u San Pawl, fid-Djoċesi ta’ Għawdex se jingħata bidu għas-Sena Pawlina li se tkun iċċelebrata fil-Knisja Universali, bejn id-29 ta’ Ġunju ta’ din is-sena u d-29 ta’ Ġunju 2009, biex jitfakkar għeluq l-2000 sena mit-twelid ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl.

Continue reading >>

Ordinazzjoni ta’ Djakni fid-Djoċesi ta’ Għawdex

Poster Ordinazzjoni ta' Djakni

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju 2008, fil-Knisja Kattidrali ta’ Għawdex ser issir l-Ordinazzjoni tad-Djakonat minn Mons Isqof Mario Grech. Iċ-ċelebrazzjoni tibda fis-6.00 p.m. u għaliha huwa mistiedna l-insara tad-Djoċesi.

Il-kandidati għal-ordinazzjoni tad-Djakonat huma Anthony Bajada, Joseph Curmi u Richard Farrugia mill-parroċċa tax-Xagħra.

Bi preparazzjoni għal-Ordinazzjoni tad-Djakonat ser issir Velja ta’ Talb fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesu, nhar il-Ħamis 26 ta’ Ġunju 2008 u li għaliha huma mistiedna l-insara kollha tad-Djoċesi. Il-Velja ta’ Talb tibda fid-9.00 p.m. u ser tkun imxandra fuq Radju Marija (102.3 FM)

Jissaħħah il-kuntatt bejn il-Kapillani f’Malta u f’Għawdex
Jiddiskutu l-bini tal-koperazzjoni fil-ħidma pastorali

Kommunikat għall-Media maħrug mill-Uffiċċju Stampa, Kurja ta’ l-Arċisqof , Malta

Il-Kunsill tal-Kappillani f’Malta u rappreżentanti tal-Kappillani f’Għawdex bdew sensiela ta’ laqgħat bejniethom biex jaraw kif jistgħu jsaħħu dejjem iżjed il-koperazzjoni pastorali bejn il-Kappillani taż-żewġ djoċesijiet fis-servizz tagħhom lill-komunita.
L-idea li jibdew jiltaqgħu r-rappreżentanti tal-Kappillani taż-żewġ djoċesijiet nibtet waqt “live in” tal-Kappillan ta’ Malta u dawk ta’ Għawdex, li sar f’Malta f’Jannar 2008. Dakinhar saret proposta biex jibqgħu jsiru laqgħat ħalli jinżamm u jissaħħaħ il-kuntatt bejn il-Kappillani taż-żewġ djoċesijiet.

Continue reading >>

Pellegrinaġġ Nazzjonali għas-Santwarju Madonna ta’ Pinu

 Motto Ta' Pinu - 125 sena

Nhar il-Ħadd 22 ta’ Ġunju 2008 hija l-ġurnata li tfakkar il-125 sena tas-sejħa tal-Madonna Ta’ Pinu u għal din l-okkażżjoni  se jkun organizzat Pellegrinaġġ Nazzjonali għas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex.  Il-pelegrinaġġ ser  ikun immexxi mill-Arċisqof Mons Pawl Cremona.  Mall-wasla tal-pelegrinaġġ fis-santwarju ta’ Pinu  se jsir Pontifikal solenni fuq iz-zuntier tas-Santwarju Ta’ Pinu u li se jitmexxa mill-Arċisqof Mons Pawl Cremona flimkien man-Nunzju Mons Tommaso Caputo u mill-Isqof ta’ Għawdex Mons Mario Grech li jibda fis-7.00 p.m.

Continue reading >>

L-Isqfijiet iħabbru l-programm tas-sena Pawlina 2008-2009

sena-pawlina-logo.jpg

Mons. Arcisqof Pawl Cremona O.P. u Mons. Isqof Mario Grech illum, 9 ta’ Gunju 2008, indirizzaw Konferenza Stampa fil-Kurja ta’ l-Arcisqof, Floriana, li fiha tnieda l-programm ta’ attivitajiet li se jsiru f’Malta u f’Ghawdex fl-okkazjoni tas-Sena Pawlina 2008-2009.

Dokument Konsultattiv dwar it-Taghlim tar-Religjon fl-iskejjel

Waqt Konferenza Stampa li saret dalgħodu, it-Tlieta, 3 ta’ Ġunju 2008, fil-Kurja ta’ l-Arcisqof tnieda dokument  konsultattiv dwar it-Tagħlim tar-Reliġjon fl-iskejjel kollha .  Il-Konferenza Stampa kienet indirizzata minn Dr. Adrian Gellel, Chairperson tas-sottokumitat tas-Segretarjat għall-Katekezi li ħejja d-dokument.

Festa tal-Madonna ta’ Pinu: Qari tal-Quddiesa

The old Ta' Pinu Chapel

Il-lum l-isqfijiet tagħna qed jistednuna biex infakkru s-Sejħa tal-Madonna “Ta’ Pinu” li għamlet lil Franġisk Portelli u Karmni Grima biex jitolbu. Fl-istorja tagħna dawn it-tifkiriet jistednuna biex aħna nersqu aktar lejn Alla u biex bl-intercessjoni ta’ Ommna Marija nkunu bħalha lesti li ngħidu l-”iva” tagħna ghas-sejħa li kull jum jagħmlilna bħalma għamlet hi.

Qari tal-Quddiesa minn hawn

Source: Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali (www.cakmalta.org)

L-Isqof Mario Grech jirrappreżenta lill-isqfijiet Maltin fl-Assemblea Ġenerali tal-Konferenza Episkopali Taljana

L-Isqof Mario Grech irrappreżenta lill-isqfijiet Maltin fl-Assemblea Ġenerali tal-Konferenza Episkopali Taljana li saret fil-Vatikan bejn is-26 u 30 ta’ Mejju. It-tema prinċipali trattata mill-Isqfijiet kienet: “Iż-żgħażagħ u l-Evanġelju”.  Matul dawn il-jiem, l-isqfijiet stħarrġu liema proġetti ta’ evanġelizzazzjoni u edukazzjoni jistgħu jiġu proposti liż-żgħażagħ illum. L-isqfijiet ħadu sehem ukoll f’diversi workshops li trattaw aspetti diversi tal-ħajja taż-żgħażagħ: l-affettività, ix-xogħol u l-mistrieħ, id-dgħjufija, it-tradizzjoni u l-impenn soċjali taż-żgħażagħ.

Continue reading >>