- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Ordinazzjoni ta’ Djakni fid-Djoċesi ta’ Għawdex

Posted By admin On June 22, 2008 @ 4:39 am In 2008 | Comments Disabled

[1] Poster Ordinazzjoni ta' Djakni

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju 2008, fil-Knisja Kattidrali ta’ Għawdex ser issir l-Ordinazzjoni tad-Djakonat minn Mons Isqof Mario Grech. Iċ-ċelebrazzjoni tibda fis-6.00 p.m. u għaliha huwa mistiedna l-insara tad-Djoċesi.

Il-kandidati għal-ordinazzjoni tad-Djakonat huma Anthony Bajada, Joseph Curmi u Richard Farrugia mill-parroċċa tax-Xagħra.

Bi preparazzjoni għal-Ordinazzjoni tad-Djakonat ser issir Velja ta’ Talb fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesu, nhar il-Ħamis 26 ta’ Ġunju 2008 u li għaliha huma mistiedna l-insara kollha tad-Djoċesi. Il-Velja ta’ Talb tibda fid-9.00 p.m. u ser tkun imxandra fuq Radju Marija (102.3 FM)


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2008/06/22/ordinazzjoni-ta-djakni-fid-djocesi-ta-ghawdex/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/posters/ordinazzjoni-ta-djakni-poster.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.