- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Pellegrinaġġ Nazzjonali għas-Santwarju Madonna ta’ Pinu

Posted By admin On June 18, 2008 @ 12:25 pm In 2008 | Comments Disabled

 [1] Motto Ta' Pinu - 125 sena

Nhar il-Ħadd 22 ta’ Ġunju 2008 hija l-ġurnata li tfakkar il-125 sena tas-sejħa tal-Madonna Ta’ Pinu u għal din l-okkażżjoni  se jkun organizzat Pellegrinaġġ Nazzjonali għas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex.  Il-pelegrinaġġ ser  ikun immexxi mill-Arċisqof Mons Pawl Cremona.  Mall-wasla tal-pelegrinaġġ fis-santwarju ta’ Pinu  se jsir Pontifikal solenni fuq iz-zuntier tas-Santwarju Ta’ Pinu u li se jitmexxa mill-Arċisqof Mons Pawl Cremona flimkien man-Nunzju Mons Tommaso Caputo u mill-Isqof ta’ Għawdex Mons Mario Grech li jibda fis-7.00 p.m.


Trasport dirett għaċ-ċirkewwa mal-vapur li jitlaq fis-6.00 ta’ filgħaxija. Lura lejn Malta mal-vapur tal-10.00 ta’ bil-lejl.

Aktar informazzjoni: 256 99 000.

Bi preparazzjoni għal din ic-ċelebrazzjoni, nhar is-Sibt 21 ta’ Gunju 2007, lejliet il-festa tas-Sejħa tal-Madonna lil Karmela Grima ser ssir velja ta’ talb li tikkonsisti f’mixja ‘aux flambaux’ fuq il-passi ta’ Karmela Grima. Il-velja tibda fit-8.00 p.m.

Il-motto magħżul għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet huwa: ‘Ejja għand Marija u ssib lil Ġesu’.  L-imħabba lejn il-Madonna ta’ Pinu trid tgħin lil bniedem jikber fl-għaqda tiegħu ma Ġesu.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2008/06/18/pellegrinagg-nazzjonali-ghas-santwarju-madonna-ta-pinu/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/misc-pictures/ikona125senatapinu.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.