Nhar il-Ħadd 22 ta’ Ġunju 2008 hija l-ġurnata li tfakkar il-125 sena tas-sejħa tal-Madonna Ta’ Pinu u għal din l-okkażżjoni se jkun organizzat Pellegrinaġġ Nazzjonali għas-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu f’Għawdex. Il-pelegrinaġġ ser ikun immexxi mill-Arċisqof Mons Pawl Cremona. Mall-wasla tal-pelegrinaġġ fis-santwarju ta’ Pinu se jsir Pontifikal solenni fuq iz-zuntier tas-Santwarju Ta’ Pinu u li se jitmexxa mill-Arċisqof Mons Pawl Cremona flimkien man-Nunzju Mons Tommaso Caputo u mill-Isqof ta’ Għawdex Mons Mario Grech li jibda fis-7.00 p.m.
Trasport dirett għaċ-ċirkewwa mal-vapur li jitlaq fis-6.00 ta’ filgħaxija. Lura lejn Malta mal-vapur tal-10.00 ta’ bil-lejl.
Aktar informazzjoni: 256 99 000.
Bi preparazzjoni għal din ic-ċelebrazzjoni, nhar is-Sibt 21 ta’ Gunju 2007, lejliet il-festa tas-Sejħa tal-Madonna lil Karmela Grima ser ssir velja ta’ talb li tikkonsisti f’mixja ‘aux flambaux’ fuq il-passi ta’ Karmela Grima. Il-velja tibda fit-8.00 p.m.
Il-motto magħżul għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet huwa: ‘Ejja għand Marija u ssib lil Ġesu’. L-imħabba lejn il-Madonna ta’ Pinu trid tgħin lil bniedem jikber fl-għaqda tiegħu ma Ġesu.