Archive for the '2008' Category

Niġġieldu l-Faqar Nibnu l-Paċi
Messagg tal-Papa Benedittu XVI ghall-Jum Dinji tal-Paċi 2009

benedict-xvi.jpgIl-Messaġġ tal-Papa għall-Jum Dinji tal-Paċi, li jiġi ċċelebrat fl-Ewwel Jum tas-Sena, għandu t-tema “Niġġieldu l-Faqar Nibnu l-Paċi”.  Benedittu XVI jiżviluppa fuq il-Messaġġ ta’ Ġwanni Pawlu II għall-Jum Dinji tal-Paċi 1993, li kien jispjega l-konnessjonijiet u l-kundizzjonijiet reċiproċi li jeżistu bejn il-faqar u l-paċi.  Benedittu XVI kif il-paċi u l-ġlieda kontra l-faqar jintisġu flimkien.

Continue reading >>

Il-Grazzja fl-ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fit-2 ta’ Jannar, ċelebrata minn Dun Renato Borg.

Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament  għalihom.  Fl-iskema ta’ temi magħżula għal din is-Sena Pawlina mill-Isqof Nikol Cauchi meħuda mit-tagħlim li ħallielna San Pawl, din id-darba jmiss “Il-ħajja tal-Grazzja”. L-ispunt hu l-versett  “Ngħix, imma mhux iżjed jien, iżda jgħix fija Kristu” (ittra lill-Galatin 2:20).

Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.

Continue reading >>

Il-Milied it-Tajjeb

christmas.jpg

Il-Milied it-Tajjeb
Merry Christmas
Buon Natale
Joyeux Noël
Fröhliche Weihnachten
Feliz Navidad
Felicem Diem Nativitatis Christi
Feliz Natal

MASSES IN ENGLISH AT THE SACRED HEART SEMINARY

 escc-gozo.jpg

Wednesday, December 24th - Christmas Eve: Mass starts at 23.30 followed by refreshments.

Thursday, December 25th - Christmas Day: Mass at 10.00 followed by refreshments.

Sunday, December 28th - Feast of the Holy Family: Mass at 10.00.

Thursday, January 1st, 2009 - Feast of Mary Mother of God: Mass at 10.00.

A car park will be available, on Sundays and feast days, opposite the Seminary.

Imut il-Kanonku Joe Mejlak

Fr. Joe MejlakIllum (il-Ħamis 18 ta’ Diċembru 2008) tħabbret il-mewt għall-għarrieda tal-Kanonku Joe Mejlak.
Il-Kanonku Joe Mejlak twieled ir-Rabat, Għawdex fil-15 t’Ottubru 1944. Huwa ħa l-istudju tiegħu fl-iskola primarja tal-Gvern, fil-Liċeo t’Għawdex. Fl-1967 ġie aċċettat is-Seminarju biex seta’ jieħu l-edukazzjoni u l-formazzjoni saċerdotali, u ġie ordnat saċerdot fit-23 ta’ Ġunju 1973. F’Lulju 1978 huwa nħatar kanonku tal-Kolleġġjata Bażilika ta’ San Ġorġ. F’Ottubru tal-istess sena, il-Kanonku Mejlak daħal jgħallem il-Malti, l-Ingliż u l-Franċiż fl-iskola sekondarja tas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, fejn dam sal-1999. F’Lulju tal-1987 huwa nħatar segretarju tal-Kummissjoni Familja u Żgħażagħ fil-Kurja t’Għawdex, fejn dam jaħdem sal-1999. Huwa serva wkoll bħala Kanċellier fit-Tribunal taż-Żwiġijiet f’Għawdex. Il-ħidma pastorali tiegħu wettaqha fid-diversi parroċċi t’Għawdex. Għal żmien twil kien direttur spiritwali fil-Leġjun ta’ Marija u Assistent Ekkleżjastiku fl-Azzjoni Kattolika. Il-Kanonku Mejlaq kien awtur ta’ diversi kotba tal-poeżiji u drammi għall-palk u għar-radju.

Il-funeral tiegħu se jsir għada, il-Ġimgħa, 19 ta’ diċembru 2008 fil-Bażilika ta’ San Ġorġ. Il-quddiesa tal-funeral, li se titmexxa mill-Isqof Mario Grech, tibda fit-3.30p.m.

RIP

FIGHT POVERTY, BUILD PEACE
HOLY FATHER’S MESSAGE FOR WORLD DAY OF PEACE

benedict-xvi.jpgThe theme of the Holy Father’s Message for the World Day of Peace, which will be celebrated 1 January 2009, is “Fighting Poverty to Build Peace“.

The message was presented to the media by Cardinal Renato Martino, President of the Pontifical Council for Justice and Peace, today, 11 December 2008, during a Press Conference held at the Press Office of the Holy See, in Rome.

Benedict XVI’s Message, said Cardinal Martino, “returns to and develops the Message of John Paul II for the World Day of Peace 1993, which explained the reciprocal connections and conditions existing between poverty and peace”. This time the Holy Father “shows us how peace and the fight against poverty intersect: a given that constitutes one of the most stimulating assumptions, giving a proper cultural, social, and political focus to the complex themes tied to the achievement of peace in our day, which is characterized by the phenomenon of globalization”.

Continue reading >>

Liż-Żgħażagħ Għawdxin li jistudjaw/jaħdmu Malta

Logo KDZGħada t-Tlieta, 9 ta’ Novembru, iil-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ se torganizza laqgħa oħra għaż-żgħażagħ Għawdxin f’Malta. Il-laqgħa ssir fil-Kappella tal-Universita’ u tibda fis-7.15p.m. It-topic li se jiġi diskuss hu l-Abort. Ikollna magħna lil Fr Ray Pace u xi persuni oħra. Nistednukom tiġu u tmexxu l-kelma fost sħabkom l-Għawdxin.

Messaġġ tal-Milied
Ċentru tal-Għoti tad-Demm

bloodbank.jpgReġa’ wasal il-Milied, żmien ta’ ferħ u rigali.  Jekk tixtieq INT tista’ iżżid dan il-ferħ billi tagħmel għotja ta’ demm, għotja li tista’ issalva persuna jew toħloq tbissima fuq fomm min jista’ jkun qed ibati.  Għotja ta’ demm hi rigal imprezzabbli, li fl-aħħar mill-aħħar jimla’ lilek b’ferħ ukoll.

Agħmel dan il-Milied differenti għalik u għall-pazjenti. Agħti r-rigal tal-ħajja.
Agħti d-demm!