L-Isqof Mario Grech jirrappreżenta lill-isqfijiet Maltin fl-Assemblea Ġenerali tal-Konferenza Episkopali Taljana

L-Isqof Mario Grech irrappreżenta lill-isqfijiet Maltin fl-Assemblea Ġenerali tal-Konferenza Episkopali Taljana li saret fil-Vatikan bejn is-26 u 30 ta’ Mejju. It-tema prinċipali trattata mill-Isqfijiet kienet: “Iż-żgħażagħ u l-Evanġelju”.  Matul dawn il-jiem, l-isqfijiet stħarrġu liema proġetti ta’ evanġelizzazzjoni u edukazzjoni jistgħu jiġu proposti liż-żgħażagħ illum. L-isqfijiet ħadu sehem ukoll f’diversi workshops li trattaw aspetti diversi tal-ħajja taż-żgħażagħ: l-affettività, ix-xogħol u l-mistrieħ, id-dgħjufija, it-tradizzjoni u l-impenn soċjali taż-żgħażagħ.

Żewg interventi impenjattivi waqt din l-Assemblea Ġenerali kienu d-diskors programmatiku tal-Kardinal Angelo Bagnasco, President tal-Konferenza Episkopali Taljana [ara attachment no. 1]  u d-diskors li għamel il-Papa Benedittu XVI meta nhar il-Ħamis kellem lill-isfijiet preżenti. [ara attachment no.2]

Suġġetti oħra li kienu diskussi mill-Assemblea ta’ l-isqfijiet kienu:
[a] il-pastorali taż-żwiġijiet bejn il-Kattoliċi u l-Battisti;
[b] il-Ġimgħa Soċjali Kattolika;
[ċ] it-tagħlim tar-reliġjon fl-iskejjel f’dawn l-ahhar 15-il sena;
[d] is-sistema tas-sostentament ekomoniku tal-Knisja fl-Italja mħaddem f’dawn l-aħħar 20 sena.

Il-fatt li bħala Maltin aħna qrib ħafna tat- Taljani, mhux biss storikament u kulturalment imma wkoll bħala esperjenza ta’ Knisja, is-sehem ta’ l-Isqfijiet Maltin f’mumenti bħal dawn tal-ħajja ekkleżjali Taljana huma ta’ benefiċċju. Fil-bidu ta’ din l-Assemblea Ġenerali, l-Isqof Grech kien mitlub jagħmel preżentazzjoni tal-ħajja tal-Knisja f’pajjiżna [ ara attachment No. 3]

  1. Diskors tal-Kardinal Angelo Bagnasco

  2. Diskors tal-Papa Benedittu XVI

  3. Diskors ta’ Mons. Isqof Mario Grech