- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Jissaħħah il-kuntatt bejn il-Kapillani f’Malta u f’Għawdex
Jiddiskutu l-bini tal-koperazzjoni fil-ħidma pastorali

Posted By admin On June 20, 2008 @ 9:45 am In 2008 | Comments Disabled

[1] [Show as slideshow]

Kommunikat għall-Media maħrug mill-Uffiċċju Stampa, Kurja ta’ l-Arċisqof , Malta

Il-Kunsill tal-Kappillani f’Malta u rappreżentanti tal-Kappillani f’Għawdex bdew sensiela ta’ laqgħat bejniethom biex jaraw kif jistgħu jsaħħu dejjem iżjed il-koperazzjoni pastorali bejn il-Kappillani taż-żewġ djoċesijiet fis-servizz tagħhom lill-komunita.
L-idea li jibdew jiltaqgħu r-rappreżentanti tal-Kappillani taż-żewġ djoċesijiet nibtet waqt “live in” tal-Kappillan ta’ Malta u dawk ta’ Għawdex, li sar f’Malta f’Jannar 2008. Dakinhar saret proposta biex jibqgħu jsiru laqgħat ħalli jinżamm u jissaħħaħ il-kuntatt bejn il-Kappillani taż-żewġ djoċesijiet.


L-ewwel laqgħa tar-rappreżentanti tal-Kappillani f’Malta u f’Għawdex saret nhar it-Tlieta, 17 ta’ Jannar 2008, fiċ-Ċentru Ragħaj it-Tajjeb, Victoria, Għawdex. Il-Kappillani f’Malta kienu mmexxijin mill-President tal-Kulleġġ tal-Kappillani, l-Arċipriet Dun Eric Overend. Ir-rappreżentanti tal-Kappillani f’Għawdex kienu mmexxijin mill-Arċipriet Dun Tarcisio Camilleri.

Matul din il-laqgħa, il-Kappillani tkellmu dwar diversi punti li fuqhom ħassew li jistgħu jkomplu jitkellmu fil-laqgħat ta’ bejniethom, fosthom:

1. Kif jistgħu jgħinu lil xulxin b’materjal għall-ħidma pastorali fil-parroċċi biex ma’ jkunx hemm ħela ta’ enerġija.

2. L-edukazzjoni lill-poplu biex il-festi parrokkjali jkunu bi spirtu aktar nisrani.

3. Il-katekeżi taż-żgħar u ta’ l-adulti.

4. Kif il-Kappillani jistgħu jkunu ta’ għajnuna għal xulxin fil-ħajja spiritwali u anke f’dak li jolqot il-ħajja umana, speċjalment is-saħħa tal-kappillan u anke xi drabi l-iżolament tiegħu.

5. X’tip ta’ pastorali se joffru liż-żgħażagħ ta’ llum.

6. Il-Quddiesa tal-Ħadd bħala esperjenza qawwija tal-komunita parrokkjali.

7. Liema huma l-isfidi pastorali fid-dinja ta’ llum: bħalma huma l-problemi marbutin mal-ħajja miżżewġa.

8. Il-kura pastorali ta’ Għawdxin li jkunu Malta matul il-ġimgħa għax-xogħol jew għall-istudju u anke tal-Maltin li jkunu Għawdex matul il-“weekend”.

9. Ġie suġġerit li f’xi okkażjonijiet speċjali għall-Kappillani ta’ djoċesi, jiġu mistednin kappillani tad-djoċesi l-oħra biex jipparteċipaw.

10. Se jsiru tħejjijiet biex fil-‘live in” li se jsir f’Jannar jergħu jkunu flimkien il-Kappillani ta’ Malta u dawk ta’ Għawdex. Dan se jsir f’Għawdex.

Il-Kunsilli tal-Kappillani ppjanajna l-laqgħat li se jkollhom bejniethom fix-xhur li ġejjin, fosthom dik li se ssir fl-4 ta’ Awissu fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġwann Marija Vianney, li huwa l-qaddis patrun tal-kappillani.

Il-membri tal-Kulleġġ tal-Kappillani f’Malta li ħadu sehem fil-laqgħa tas-17 ta’ Ġunju 2008 flimkien ma’ l-Arċipriet Overend kienu jinkludu lil Dun Gordon Refalo, Dun Joe Buhagiar, Patri Joe Saliba OC, Dun Ray Toledo, Patri Francis Saviour Grima OSA, Patri Alex Scerri OC.

Ir-rappreżentanti tal-Kappillani f’Għawdex li ħadu sehem flimkien mal-Kappillan Camilleri kienu l-Kan. Reuben Micallef u Dun Nazju Borg.

Attenda wkoll Dun Dione Cutajar.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2008/06/20/jissahhah-il-kuntatt-bejn-il-kapillani-fmalta-u-fghawdexjiddiskutu-l-bini-tal-koperazzjoni-fil-hidma-pastorali/

URLs in this post:
[1] [Show as slideshow]: http://gozodiocese.org/2008/06/20/jissahhah-il-kuntatt-bejn-il-kapillani-fmalta-u-fghawdexjiddiskutu
-l-bini-tal-koperazzjoni-fil-hidma-pastorali/print/?page=972&show=slide

[2] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/laqghakappillanigunju2008/kappillani-malta-ghawdex-gunju-2
008-1.jpg

[3] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/laqghakappillanigunju2008/kappillani-malta-ghawdex-gunju-2
008-3.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.