Archive for November, 2015

Bullettin tal-Ħadd - 15 ta’ Novembru 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-novembru-15.jpg

Novembru - ix-Xahar tal-Erwieħ

Omelija fit-Tifkira Solenni tal-Erwieħ Mejtin kollha
Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria
It-Tnejn 2 ta’ Novembru 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

XEWQAT MHUX MITMUMA

pr152432b.jpg

It-2 ta’ Novembru huwa jum ta’ diqa.  Inġarrbu n-niket għax niftakru f’għeżież tagħna li l-mewt fatmitna minnhom darba għal dejjem.  Imma t-tifkira ta’ ħutna li mietu tfakkarna f’tip ieħor ta’ niket.  Għaliex ġie li jseħħ li meta l-mewt taħsad il-ħajja ta’ xi ħadd minna, speċjalment meta tkun mewt ħesrem, ħafna affarijiet jibqgħu mhux kompluti – nibqgħu b’għadd ta’ unfinished symphonies!

Hemm persuni li jmutu mnikkta għaliex jitilqu mingħajr ma jaraw uħud minn xewqithom mitmuma.  Forsi wieħed ikun ilu snin miksur ma’ xi ħadd u qabel imut ikun jixtieq jagħmel paċi, imma għal xi raġuni jew oħra ma jirnexxilux.  Hemm dawk li jagħlqu għajnejhom għal din id-dinja mċaħħda minn tgħanniqa jew tbissima ta’ xi ħadd għażiż għalihom!  Hemm dawk li jkunu jixtiequ jitilqu fil-paċi, imma dawk ta’ madwarhom jibqgħu ma jagħtuhomx dan is-sodisfazzjon.  Kemm hija esperjenza kiefra li fl-aħħar jiem ta’ ħajjitna mmutu bil-piena! Continue reading >>

Is-Seminarju ta’ Għawdex jagħlaq 149 sena

Omelija fil-149 sena mit-twaqqif tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù
Kappella tas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Belt Victoria
L-Erbgħa 4 ta’ Novembru 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

IS-SAĊERDOT LI JERFA’ S-SALIB TA’ ĦUTU

Fl-okkażjoni tal-149 sena mit-twaqqif tas-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù fid-Djoċesi ta’ Għawdex, dalgħodu Monsinjur Isqof iċċelebra l-Quddiesa flimkien mal-formaturi u s-seminaristi fil-Kappella tal-istess Seminarju.

seminarju-magguri.jpg

Fir-riflessjoni tiegħu, Monsinjur Isqof qiegħed bħala mudell għas-seminaristi lil San Karlu Borromeo li llum taħbat it-tifkira tiegħu.  Huwa qal li, kif osserva l-Beatu Pawlu VI meta kien għadu Arċisqof ta’ Milan, San Karlu kien mogħni b’entużjażmu pastorali, bi spirtu ġeneruż, u b’fidi li tiġbed u “tikseb” il-qlub.  Dan kollu San Karlu ġabu mill-għaqda tiegħu ma’ Kristu.  Ir-riflessjoni teoloġika waħidha mhix biżżejjed biex wieħed isawwar qalb ta’ ragħaj, imma bħal San Karlu jeħtieġ li fuq kollox ikollna l-intelliġenza tal-qalb.  Monsinjur Isqof semma kif bejn l-Ordinazzjoni u l-Ewwel Quddiesa tiegħu, San Karlu kien għamel ix-xahar Injazjan u dan immarka profondament il-ministeru tiegħu bħala Isqof ta’ Milan. Continue reading >>

Ktejjeb bil-kulur għat-Tfal dwar l-Ambjent

niehdu-hsieb-id-dinja-taghna-1.jpgStqarrija għall-Istampa
Kurja Veskovili ta’ Għawdex
6 ta’ Novembru 2015

L-Ittra tal-Isqof ta’ Għawdex dwar l-ambjent issa fi ktejjeb għat-tfal

L-Ittra li l-Isqof Mons. Mario Grech kiteb lit-tfal Għawdxin fl-okkażjoni tal-Jum Dinji ta’ Talb għall-Ħarsien tal-Ħolqien, li fuq xewqa tal-Papa Franġisku ġie ċċelebrat għall-ewwel darba fil-Knisja Kattolika fl-1 ta’ Settembru 2015, issa hi ppubblikata fi ktejjeb attraenti tal-kulur li f’dawn il-jiem qed jitqassam b’xejn lill-istudenti kollha bejn it-tielet u s-sitt sena fl-iskejjel primarji ta’ Għawdex.

niehdu-hsieb-id-dinja-taghna-2.jpgFil-ktejjeb, Nieħdu ħsieb id-dinja tagħna, id-disinni tal-artista żagħżugħa Cynthia Saliba adattati għat-tfal jakkumpanjaw it-test tal-ittra ħelwa miktuba mill-Isqof ta’ Għawdex f’lingwaġġ li jinftiehem mill-ġenerazzjoni ż-żgħira.

Fiha Monsinjur Grech iħeġġeġ lit-tfal biex japprezzaw l-ambjent ta’ madwarhom u jibdew minn età żgħira jidraw miżuri favur l-ambjent.

It-tqassim tal-pubblikazzjoni, f’daqs ċkejken u mimlija bi stampi tal-kulur, u b’tipi li jiġbdu l-għajnejn tal-qarrejja ċkejknin, huma maħsuba biex jgħinu iżjed lit-tfal jilqgħu l-messaġġ tal-Isqof.  Hu jagħlaq l-ittra tiegħu bl-istess talba li l-Papa Franġisku jikkonkludi biha l-Enċiklika Laudato Si’.

Din l-inizjattiva kienet possibbli grazzi għall-għajnuna finanzjarja ta’ Curmi & Partners.

Kopji tal-pubblikazzjoni jistgħu jinkisbu mill-Kurja tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

Bullettin tal-Ħadd - 8 ta’ Novembru 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-novembru-08.jpg