Archive for November, 2015

Iċċelebrata l-festa djoċesana ta’ Kristu Re

“Il-ħajja kkonsagrata u l-familja għandhom sejħa komuni”
L-Isqof Grech jitkellem dwar is-Sinodu tal-Familja fil-festa ta’ Kristu Re

img_2237.jpg

Il-ħajja kkonsagrata u dik tal-familja huma żewġ realtajiet li jikkumplimentaw lil xulxin u t-tnejn jimmudellaw ruħhom fuq l-imħabba ta’ Kristu lejn l-għarusa tiegħu l-Knisja.

Dan kien il-ħsieb ċentrali fir-riflessjoni li għamel l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech ilbieraħ waqt iċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, f’Għawdex.

It-tema taċ-ċelebrazzjoni kienet: “Sejjaħ lejh dawk li ried” (Mk 3:13) u l-qari, qsim ta’ esperjenzi, riflessjonijiet, ġesti u talb li saru matulha kienu marbuta mal-Ħajja Kkonsagrata, li wasalna fl-għeluq tas-Sena ddedikata lilha mill-Papa. Continue reading >>

Ċelebrazzjoni djoċesana għat-tfal fl-okkażjoni tal-festa ta’ Kristu Sultan

img_8761.jpg

Nhar il-Ħamis, 19 ta’ Novembru 2015, is-Segretarjat għall-Katekeżi tad-Djoċesi ta’ Għawdex, taħt il-gwida ta’ Dun Simon Mario Cachia, organizza ċelebrazzjoni djoċesana għat-tfal.

Iċ-ċelebrazzjoni saret fuq iz-zuntier tas-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja tal-patrijiet Kapuċċini fil-belt Victoria. It-tema kienet marbuta ma’ San Franġisk, l-enċiklika Laudato Si u l-ittra li l-isqof ta’ Għawdex Mario Grech kiteb lit-tfal fuq l-ambjent.

Għal din iċ-ċelebrazzjoni attendew mat-300 mitt tifel u tifla bejn id-9 snin u t-12-il sena, u li ġew akkumpanjati minn għadd sabiħ ta’ katekisti u saċerdoti. Attenda wkoll l-isqof Mario Grech, li indirizza lit-tfal preżenti.

Ritratti: Francesco Pio Attard Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 22 ta’ Novembru 2015

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2015-novembru-22.jpg

Il-Knejjes Ġubilari f’Għawdex matul is-Sena tal-Ħniena

UFFIĊĊJU STAMPA KURJA VESKOVILI TA’ GĦAWDEX
Stqarrija għall-Istampa
18 ta’ Novembru 2015

TLIET BIBIEN IMQADDSA TAL-ĦNIENA
FID-DJOĊESI TA’ GĦAWDEX

Billi l-Papa Franġisku wera x-xewqa li għall-Ġublew Staordinarju tal-Ħniena – li hu sa jiftaħ uffiċjalment fit-8 ta’ Diċembru 2015, Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni – “f’kull Knisja partikulari [Djoċesi], fil-Katidral li hu l-Knisja Omm għall-fidili kollha, […] jew fi knisja ta’ sinifikat speċjali, jinfetaħ għal matul is-Sena Mqaddsa kollha Bieb tal-Ħniena”, u “fuq għażla tal-Ordinarju, […] ukoll fis-Santwarji, miżjura minn tant pellegrini”, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, għażel tliet knejjes f’Għawdex biex fihom jinfetaħ il-Bieb Imqaddes tal-Ħniena, biex hekk anki l-Knisja f’Għawdex “tieħu sehem dirett u tista’ tgħix din is-Sena Mqaddsa bħala mument straordinarju ta’ grazzja u ta’ tiġdid spiritwali” (Bulla Misericordiæ vultus, 3).

Il-knejjes magħżula huma:
1.    il-Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria;
2.    is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb;
3.    is-Santwarju tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Qala.
kuncizzjoni-qala-4.JPG katidral-2.jpgta-pinu-4.JPG

Continue reading >>

Tħawwil ta’ siġar bħala parti minn Ġnien Bibliku ġdid f’Ta’ Pinu

img_2030.JPG

Fuq l-inizjattiva tal-Europe Direct Information Centre tal-Belt Victoria, f’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta u s-Santwarju Ta’ Pinu, fil-5 ta’ Novembru 2015 ġie inawgurat fuq l-Għolja Ta’ Għammar, f’Ta’ Pinu, Ġnien Bibliku bħala parti minn proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea bl-isem Get into nature – Plant a tree.

Tnejn u erbgħin siġra tal-ħarrub, ir-rummien u t-tin ġew imħawla qrib ir-Raba’ Stazzjon tat-Triq tas-Salib fuq din l-għolja.  Dawn huma kollha siġar imsemmija fil-Bibbja. Continue reading >>

Titfakkar id-Dedikazzjoni tal-Bażilika tal-Lateran

Omelija fl-Anniversarju tad-Dedikazzjoni
tal-Bażilika ta’ San Ġwann Lateran f’Ruma
Bażilika San Ġorġ, il-Belt Victoria
It-Tnejn 9 ta’ Novembru 2015
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

L-GĦADAB TA’ ĠESÙ

 

img_8706.jpg

Fl-inħawi tat-Tempju ta’ Ġerusalemm kien hemm ċerti servizzi meħtieġa għall-pellegrini li kienu jaslu fit-Tempju.  Il-pellegrini li jaslu minn reġjuni differenti kien ikollhom bżonn isarrfu jew jibdlu l-flus biex jagħmlu l-għotjiet; l-annimali kienu mfittxija għas-sagrifiċċju.  Niftakru kif meta Ġużeppi u Marija ppreżentaw lil Ġesù fit-Tempju, offrew ukoll par ħamiem.  Għalhekk, meta Ġesù ħadha ma’ dawk li kienu jbigħu n-nagħaġ u l-ħamiem u ma’ dawk li kienu jsarrfu l-flus, hu ma kellux għalihom għax kienu qegħdin jagħmlu dik l-attività, imma għaliex x’aktarx dawn kienu “bidlu” l-għan tal-attività tagħhom.  Probabbilment Ġesù għadab magħhom għax għalkemm kienu jagħmlu attività marbuta mal-kult, kienu rrendewha negozju pur u għalhekk battluha mit-tifsira propja tagħha. Continue reading >>

Ġabra Djoċesana għall-Karità mwettqa mill-Caritas

kristu-re-flyer-2015.jpg

Ċelebrazzjonijiet Djoċesani ta’ Kristu Sultan

kristu-re-poster-2015.jpg