- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Ċelebrazzjoni tal-Ħajja mal-istudenti f’Ta’ Pinu

Posted By admin On May 27, 2015 @ 12:20 pm In Press Releases | Comments Disabled

 

[1] celebrazzjoni-favur-il-hajja.jpg

L-istudenti tat-tielet sena fl-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja f’Għawdex – is-Seminarju Minuri u l-Konservartorju tal-Isqof – għadhom kemm temmu mixja ta’ disa’ xhur mit-tnissil sat-twelid ta’ tarbija, tul is-sena skolastika li waslet biex tispiċċa.

Din laħqet il-qofol tagħha f’Ċelebrazzjoni tal-Ħajja li bdiet b’mixja mill-Belt Victoria lejn is-Santwarju Ta’ Pinu, nhar it-Tlieta 26 ta’ Mejju 2015.  Fl-okkażjoni tal-ħamsa u għoxrin anniversarju miż-żjara tal-Papa San Ġwanni Pawlu II f’Għawdex, li kien qed jitfakkar propju f’dak il-jum, il-mixja telqet minn ħdejn l-istatwa monumentali tal-bronż imwaqqfa f’ġieħu fil-bidu tat-triq li twassal lejn is-Santwarju Marjan, fejn imbagħad inżammet funzjoni mmexxija minn Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex.

L-istudenti ingħataw minn Dar Ġużeppa Debono, li organizzat l-inizjattiva, t-shirts oranġjo bl-islogan fuqhom “Napprezza l-Ħajja”.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2015/05/27/celebrazzjoni-tal-hajja-mal-istudenti-f%e2%80%99ta%e2%80%99-pinu/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/uploads/2015/05/celebrazzjoni-favur-il-hajja.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.