Niżżel l-Ittra Pastorali minn hawn:pastorali-tal-isqfijiet-avvent-2013.pdf
Download English version of the Pastoral Letter:pastoral-letter-for-advent-2013.pdf
Niżżel l-Ittra Pastorali minn hawn:pastorali-tal-isqfijiet-avvent-2013.pdf
Download English version of the Pastoral Letter:pastoral-letter-for-advent-2013.pdf
Niżżel kopja pdf tal-Pjan Pastorali Djoċesan 2013-2016:
Il-Kanonku Dun Karm Buttigieg
B’niket inħabbru l-mewt tal-Kanonku Dun Karm Buttigieg, min-Nadur, Għawdex, li ġrat ilbieraħ, it-Tnejn 25 ta’ Novembru 2013, fl-għomor ta’ 79 sena. Dun Karm twieled fis-27 ta’ Marzu 1934 u ġie ordnat saċerdot fit-18 ta’ Marzu 1961. Nitolbu lill-Missier tas-Sema biex jilqa’ lil ħuna Dun Karm fil-festa tat-tieġ tal-Ħaruf.
Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tnejn 2 ta’ Diċembru fil-Bażilika tan-Nadur. Fis-2.30pm it-tebut bil-fdalijiet ta’ Dun Karm se jkun espost għat-talb fil-kappella tas-Sorijiet Franġiskani, in-Nadur. Il-quddiesa, immexxija minn Mons. Isqof Mario Grech, tibda fl-4.30pm. Qabel jingħad it-talb tal-Għasar.
Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi lilu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.
“Ġesù għandu mħabba kbira lejn min hu mqareb”
Kristu r-Re u Għeluq is-Sena tal-Fidi fir-Rotunda tax-Xewkija
“Ġesù għandu mħabba kbira lejn min hu mqareb”. Hekk fetaħ u għalaq l-omelija tiegħu l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech fiċ-Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re li nżammet il-lejla fir-Rotunda tax-Xewkija, hekk kif it-temp kiesaħ ħassar il-pjan oriġinali li l-għeluq tas-Sena tal-Fidi fid-Djoċesi ta’ Għawdex jinżamm fi Pjazza Santu Wistin fir-Rabat.
“F’mument fejn id-dixxipli kienu mħawda, il-ħalliel it-tajjeb joħroġ b’dik l-istqarrija kbira tal-fidi, li seta’ jagħmilha għax tefa’ għajnejh fuq il-Kurċifiss u daq il-ħniena infinita ta’ Alla”.
Fi tmiem il-Quddiesa, li fiha kkonċelebraw mal-Isqof Grech il-kappillani Għawdxin, hu għadda lil kull parroċċa salib tal-injam biex jitqiegħed f’nofs il-komunità, ħalli hekk l-Insara kollha jżommu ħarsithom fissa fuq Ġesù Kurċifiss. Is-salib fih fuqu l-kliem “Niltaqgħu mal-Imħabba ta’ Alla”, li huma l-motto tal-Viżta Pastorali li qed issir bħalissa f’Għawdex.
Għall-Quddiesa kienu preżenti wkoll it-tfal li matul din is-sena ħa jkunu qed jirċievu l-Ewwel Tqarbina fil-parroċċi Għawdxin. Wara l-omelija, dawn inġabru qaqoċċa madwar l-Isqof li talab fuqhom u ppreżentahom lill-ġemgħa li ħanqet ir-Rotunda. L-Isqof ħa l-okkażjoni biex jirringrazzja lill-ġenituri, il-katekisti u s-saċerdoti li jgħinu lill-poplu ta’ Alla biex il-fidi fih ma tiġix nieqsa.
Bi tħejjija għal Kristu Re, nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru, Jum Universali tat-Tfal, l-Uffiċċju Djoċesan għall-Pastorali fl-Iskejjel, taħt it-tmexxija ta’ Dun Joseph Bajada, organizzata ċelebrazzjoni ta’ fidi bħala għeluq tas-Sena tal-Fidi għall-istudenti tal-Forms 2-5 tal-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex; imbagħad, il-Ħamis 21 ta’ Novembru, il-Kumissjoni Liturġika, taħt id-direzzjoni ta’ Dun Injazju Borg, animat quddiesa-festa għat-tfal tad-Duttrina mir-4 sena sal-Griżma tal-Isqof. Dawn iż-żewġ attivitajiet saru fl-Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II. Il-Ġimgħa fil-għaxija, imbagħad, il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ organizzat kunċert għall-adolexxenti bis-sehem tar-rock band ta’ ispirazzjoni Nisranija Footprints fl-Oratorju Don Bosco.
Niżżel id-document minn hawn:
Sebaħ għalik jum mingħajr għabex
Omelija tal-isqof Mario Grech fil-funeral ta’ Mons Anton Gauci
Katidal, 17 ta’ Novembru 2013
Biex nifhmu dan il-passaġġ fil-Vanġelu tal-lum (Lq 21,5-19) irridu nżommu quddiem għajnejna l-kuntest storiku ta’ dak iż-żmien. Il-Lhud li kienu qed jisimgħu lil Ġesù kellhom maħżun fil-memorja esperjenza reġistrata fit-Tieni Ktieb tas-Slaten: meta sekli qabel il-qawwa tal-Assirja, wara li kinset għadd kbir ta’ bliet, waslet fuq l-għatba ta’ Ġerusalemm biex tassedjaha (2 Slat 19), għal-Lhud li kienu jgħixu f’din il-belt, il-lejl ta’ qabel l-attakk kien lejl twil ħafna għax kien wasal it-tmiem tagħhom. Imma l-għada mas-sebħ, il-Lhud skoprew li f’dak il-lejl kien ħareġ l-Anġlu tal-Mulej fil-kamp tal-Assiri u qered lill-għadu.
Għalhekk, meta Ġesu ħabbar it-tiġrif tat-tempju r-reazzjoni tal-Lhud ma kinitx waħda ta’ biża’ jew niket imma ta’ interess u eċċitament, għaliex fid-dawl tat-tradizzjoni, fil-mument li ħajja tal-poplu ta’ Alla tkun mhedda, Alla kien ser jagħmel lilu nnifsu preżenti u jsalvahom.
Illum ninsabu mnikkta minħabba l-mewt ħesrem ta’ Dun Anton. Huwa naturali li l-mewt tnissel fina sens qawwi ta’ telfa u falliment. Il-kulur iswed assoċjat mal-mewt huwa rifless tal-lejl mudlam mingħajr ebda sinjal ta’ żerniq! Però, fid-dawl tal-misteru ta’ Kristu Rxoxt, għal dawk li għandhom it-twemmin Nisrani l-mewt hija l-mument partikulari fl-istorja personali ta’ kull bniedem fejn Alla jagħmel lilu nnifsu preżenti għalina u jsalvana. Jekk mal-mewt jinżel għamad fuq għajnejna li jisseparana mid-dinja ta’ madwarna, fl-istess waqt jiċċarrat il-velu li jaħbi l-wiċċ ta’ Alla u nkunu nistgħu narawh wiċċ imb wiċċ. Continue reading >>
B’niket inħabbru l-mewt ta’ Monsinjur Anton Gauci, Dekan tal-Kapitlu tal-Katidral ta’ Għawdex, li seħħet ilbieraħ, it-Tnejn 11 ta’ Novembru 2013, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Imwieled fil-15 ta’ Awwissu 1925, Dun Anton ġie ordnat saċerdot nhar is-16 ta’ April 1949.
Ningħaqdu mal-familjari tiegħu fin-niket għat-telfa u fit-talb biex Alla jdaħħal lil Dun Anton fil-hena dejjiem tal-Ġenna.
Il-funeral ta’ Mons. Anton Gauci se jsir nhar il-Ħadd li ġej, 17 ta’ Novembru 2013. Fl-4.00pm jitlaq korteo funebri minn Pjazza Savina għall-Knisja Katidrali, fejn issir il-quddiesa praesente cadavere fl-4.30pm.
RIP
Niżżel l-istqarrija minn hawnhekk:
kullegg-tal-kappillani-stqarrija-dwar-il-festi-patronali-6nov2013.pdf