Il-Kanonku Dun Karm Buttigieg
B’niket inħabbru l-mewt tal-Kanonku Dun Karm Buttigieg, min-Nadur, Għawdex, li ġrat ilbieraħ, it-Tnejn 25 ta’ Novembru 2013, fl-għomor ta’ 79 sena. Dun Karm twieled fis-27 ta’ Marzu 1934 u ġie ordnat saċerdot fit-18 ta’ Marzu 1961. Nitolbu lill-Missier tas-Sema biex jilqa’ lil ħuna Dun Karm fil-festa tat-tieġ tal-Ħaruf.
Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tnejn 2 ta’ Diċembru fil-Bażilika tan-Nadur. Fis-2.30pm it-tebut bil-fdalijiet ta’ Dun Karm se jkun espost għat-talb fil-kappella tas-Sorijiet Franġiskani, in-Nadur. Il-quddiesa, immexxija minn Mons. Isqof Mario Grech, tibda fl-4.30pm. Qabel jingħad it-talb tal-Għasar.
Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi lilu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.