Archive for June, 2012

L-ORIZZONT TIRTIRA ALLEGAZZJONIJIET LIBELLUŻI

L-ORIZZONT TIRTIRA ALLEGAZZJONIJIET LIBELLUŻI LI HIJA KIENET XANDRET FIL-KONFRONT TAL-E.T. MONS. ISQOF MARIO GRECH

Permezz ta’ stqarrija ppubblikata fl-orizzont fis-27 ta’ Ġunju, l-orizzont irtirat l-allegazzjonijiet libellużi kontra l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech li hija kienet xandret fl-1 ta’ Awwissu 2011, bil-firma ta’ John Pisani, taħt ir-ras “Il-Kurja ta’ Għawdex f’ġirja għal qabel l-elezzjoni: Trid li ħu Giovanna Debono isir Beatu”. Din il-kitba kienet dwar it-tmexxija ’l quddiem tal-Postulazzjoni tal-kawza tal-beatifikazzjoni tas-saċerdot imsemmi, u ssemma wkoll annullament ta’ żwieġ quddiem it-Tribunal tal-Kurja ta’ Għawdex.

Continue reading >>

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Lulju 2012

logonewsheet.jpg

Niżżel in-newsheet minn hawn

Ittra tal-Isqof Mario Grech lis-Saċerdoti

Ad Clerum 16/2012

IL-QALB SAĊERDOTALI

Fl-ittra lill-Efesin San Pawl jgħid: “Meta konna mejta minħabba fi dnubietna, Alla tana ħajja ġdida fi Kristu” (Ef 2,5)! Fi kliem ieħor, meta konna qalbna marida, Alla fejjaqna permezz tal-Qalb ta’ Ġesù! Continue reading >>

Għotja ta’ €20,000 lid-Dar tal-Providenza

Stqarrija lill-midja (17 ta’ Ġunju 2012)

Mons Isqof Mario Grech ilbieraħ, is-Sibt 16 ta’ Ġunju għamel żjara lid-Dar tal-Providenza s-Siġġiewi. Hu ltaqa’ mar-residenti tad-Dar kif ukoll mal-care workers li jaħdmu f’din id-dar. Tkellem ukoll ma’ Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar kif ukoll ma’ kollaboraturi tiegħu. Wara kien mistieden għall-ikel ma’ uffiċċjali tad-direzzjoni u rappreżentanti tar-residenti. Fit-tmiem iż-żjara tiegħu Mons Isqof ippreżenta ċekk ta’ €20,000 li nġabru mid-Djoċesi ta Għawdex fil-kampanja li saret fuq ir-Radju RTK fl-ewwel tas-sena. Continue reading >>

Mons Isqof Mario Grech jiċċelebra l-festa mal-komunità parrokkjali tal-Għasri

L-Ewkaristija għall-bniedem

Sintesi tal-omelija li l-Isqof Mario Grech għamel illum 10 ta’ Ġunju 2012 fl-okkażjoni tal-festa tal-Corpus Domini ċċelebrata fl-Għasri, Għawdex.

Illum is-solitudini mhix biss riskju gravi għall-bniedem, imma wkoll għal Ġesù fl-Ewkaristija għax nafu nħalluh waħdu! Filwaqt li ntenni l-istima kbira lejn dawk il-Kattolċi li huma adoraturi ta’ Ġesù Ewkaristija, inħoss li maż-żmien il-kult Ewkaristiku qiegħed jonqos. Continue reading >>