Archive for January, 2009

Bullettin tal-Ħadd - 11 ta’ Jannar 2009

bulletinlogo.jpg

 

Bullettin fil-festa tal-Magħmudija ta’ Gesu’ (Sena B)

 

Imut Mons Ġwann Dimech

monsgwanndimech.jpg 

Ilbieraħ, it-Tlieta 6 ta’ Jannar 2009 tħabbret il-mewt ta’ Mons Ġwann Dimech. Dun Ġwann twieled fit-2 ta’ Diċembru 1922, u kien ordnat saċerdot fis-16 t’April 1949. Għal ħafna snin Dun Ġwann kien l-assistent personali (“il-Kappillan”) tal-Arċisqof Gonzi. Dun Ġwann kien “Conventual Chaplain Grand Cross ad Honorem” tal-Ordni ta’ San Ġwann.
Il-funeral tiegħu se jsir nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Jannar 2009. Fit-3.15pm issir velja ta’ talb fil-knisja tas-Sorijiet Franġiskani, Triq Palma. Fit-3.30pm jitlaq korteo għall-Bażilika ta’ San Ġorġ, fejn issir il-quddiesa praesente cadavere fl-4.00p.m.

Mandat lil-Missjunarji
Missjoni Djoċesana 2008-2009

 

Il-bieraħ filgħaxija, 4 ta’ Jannar 2009, infetħet it-tieni fazi tal-Missjoni Djoċesana li qed tigi ċċelebrata matul din is-sena pastorali fid-Djoċesi ta’ Għawdex. Waqt quddiesa solenni fil-Katidral ta’ Għawdex, Mons Isqof Mario Grech ta l-mandat lil madwar 500 persuna biex iwasslu l-Aħbar tal-Imħabba t’Alla fil-familji kollha ta’ Għawdex.

Continue reading >>

Kooperaturi fix-xandir tal-Evanġelju

Is-Sibt filgħdou, 3 ta’ Jannar 2009, fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, Victoria, Għawdex, saret il-laqgħa ta’ bdil tal-awguri bejn is-saċerdoti tad-djoċesi u l-Isqof Mario Grech. Fl-okkażjoni ta’ din il-laqgħa, l-Isqof Grech għamel dan id-diskors li fih jagħti linji programmatiċi ta’ pastorali għall-Knisja f’Għawdex:

“Kooperaturi fix-xandir tal-Evanġelju” (Fil 1,3)

Għeżież Saċerdoti, “kooperaturi fix-xandir tal-Evanġelju”,

Illum bħala Knisja f’diversi oqsma tal-ħajja nesperjenzaw distanza kulturali bejn it-twemmin Nisrani u l-mentalità kontemporanja. Dan narawh f’dak li għandu x’jaqsam mal-affettività, l-edukazzjoni, l-ekonomija, is-sanità, l-politika, eċċ. Għalkemm prima facie dan jista’ jidher bħala fenomenu negattiv għax jimplika telfa jew daqqa fatali, għall-kuntrarju nixtieq li nħarsu lejh bħala opportunità li għandha tixprunana biex bħala Nsara u bħala Knisja lokali nagħmlu għażliet prijoritarji. Huwa fatt li l-istrutturi, partikularment il-komunitajiet parrokkjali, huma mgħobbija b’ħafna attività; għalhekk fil-kuntest ta’ żmienna, fejn is-soċjetà qed tinbidel, huwa urġenti li nagħmlu għażliet prijoritarji biex anke l-Knisja tkun tista taġġorna ruħha.

Continue reading >>

Missjoni Djoċesana
Żmien ta’ Missjoni u Tħabbira
(4-25 ta’ Jannar)

logo-missjoni-djocesana.jpg« L-istorja dejjem uriet li l-bniedem jeħtieġ salvazzjoni li ma tistax tiġi minnu stess.  Il-bniedem għandu xewqat profondi li ma jistax jissodisfahom biss b’affarijiet materjali. San Mattew jirrakkonta fil-Vanġelu tiegħu ż-żjara tal-Maġi u jgħid li “meta daħlu d-dar u r-raw lit-tifel ma’ ommu Marija, inxteħtu fl-art iqimuh.” (Mt 2,11) Il-Maġi kienu ġew mil-Lvant u l-vjaġġ tagħhom wassalhom fejn xtaqu. Imma għalihom issa kien beda vjaġġ ieħor, vjaġġ intern li bidlilhom ħajjithom. » (Mill-Pastorali tal-Isqfijiet għall-Avvent 2008)

Illum, il-Ħadd 4 ta’ Jannar 2009, Solennità tal-Epifanija tal-Mulej, tibda t-tieni fazi tal-Missjoni Djoċesana, ikkaratterizzata miż-żjajjar fil-familji.
Hi xewqa tal-Knisja f’Għawdex li matul din is-Sena Pawlina l-familji kollha tagħna jtennu mill-ġdida l-“IVA” tagħhom lil Alla, li sar bniedem għalina l-bnedmin. Hi xewqa tal-Knisja f’Għawdex li lkoll kemm aħna nġeddu u nsaħħu l-vjaġġ tal-fidi tagħna, u nikbru bħala komunità ta’ fidi, il-Knisja.

Continue reading >>

Missjoni Djoċesana: Iż-żjajjar fil-familji
5-23 ta’ Jannar

logo-missjoni-djocesana.jpgIl-Knisja f’Malta tixtieq tkun kewba bħall-kewba tal-Maġi preżenti fil-ħajja biex permezz tal-Kelma ta’ Alla takkumpanjahom u tgħinhom biex f’ħajjithom iffitxu lil Alla bis-sinċerita’, isibuħ, u jadurawah bħala l-Mulej li kapaċi jibdel ħajjithom
(Mill-Pastorali tal-Isqfijiet għall-Avvent 2008)

Iż-żjajjar fil-familji tagħna għadna nharsu lejhom bħala mument ta’ grazzja.  Il-missjunarji li se jzuru l-familji tagħna huma mess biex aħna niftakru li aħna l-Poplu ta’ Alla, imsejħin biex inkunu qaddisin (Rum 1,7)

Continue reading >>

PAULINE YEAR EVENT IN VALLETTA

Maltese Version

 

 

sena-pawlina-logo.jpg

On the occasion of the Pauline Year, on Sunday, 8 February 2009, just two days before the celebration of the Feast of the Shipwreck of Saint Paul in Malta,  a catechetical celebration will be held in seven Valletta churc hes, in what is being described as a Pauline Walk.
Archbishop Mgr. Paul Cremona O.P. and Archbishop Emeritus Mgr. Joseph Mercieca will be presiding over a Liturgy of Prayer at St. Paul’s Shipwreck Church at 4.30pm, 5.15pm and 6.00pm.

Continue reading >>

IL-FAQAR THEDDIDA GĦALL-PAĊI
Siltiet mill-omelija ta Mons. Isqof Grech fl-okkażjoni tal-Ewwel tas-Sena

Fl-omelija li għamel waqt quddiesa pontifikali f’Għawdex fl-okkażjoni tal-Ewwel tas-Sena, l-Isqof Mario Grech wassal dan il-messaġġ:

Il-faqar huwa theddida serja għall-paċi. Barra mill-faqar materjali, li fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja, hemm ir-riskju li jkompli jerfa’ rasu anke fostna, hemm faqar affettiv, morali u spiritwali.  Kif il-faqar materjali jista’ jkun kawża ta’ faqar affettiv, morali u spiritwali, dawn tal-aħħar jistgħu wkoll ikattru l-faqar materjali.

Is-soċjetà Maltija mhix ħielsa mid-diversi forom ta’ faqar li jsemmi l-Papa Benedittu fil-messaġġ tiegħu għal Jum il-Paċi, jigifieri l-faqar demografiku, il-faqar minħabba mard pandemiku u l-faqar tat-tfal.

Continue reading >>