- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -
Mandat lil-Missjunarji
Missjoni Djoċesana 2008-2009
Posted By admin On January 5, 2009 @ 10:04 pm In 2009 | Comments Disabled
Il-bieraħ filgħaxija, 4 ta’ Jannar 2009, infetħet it-tieni fazi tal-Missjoni Djoċesana li qed tigi ċċelebrata matul din is-sena pastorali fid-Djoċesi ta’ Għawdex. Waqt quddiesa solenni fil-Katidral ta’ Għawdex, Mons Isqof Mario Grech ta l-mandat lil madwar 500 persuna biex iwasslu l-Aħbar tal-Imħabba t’Alla fil-familji kollha ta’ Għawdex.
X’inhu l-iskop ta’ dawn iż-żjajjar?
Fil-Pastorali tal-Isqfijiet, li nqrat fl-Ewwel Ħadd tal-Avvent, l-Isqfijiet qalu li:
“Il-Knisja f’Malta tixtieq tkun kewba bħall-kewba tal-Maġi preżenti fil-ħajja biex permezz tal-Kelma ta’ Alla takkumpanjahom u tgħinhom biex f’ħajjithom iffitxu lil Alla bis-sinċerita’, isibuħ, u jadurawah bħala l-Mulej li kapaċi jibdel ħajjithom.”
Iż-żjajjar fil-familji tagħna huma mument ta’ grazzja. Il-missjunarji li se jzuru l-familji f’Għawdex huma mezz biex ilkoll kemm aħna niftakru li aħna l-Poplu ta’ Alla, imsejħin biex inkunu qaddisin (Rum 1,7). Iż-żjajjar għandhom l-iskop li jgħinu lill-familji u lill-persuni kollha:
Peress li qegħdin niċċelebraw is-Sena Pawlina, flimkien mat-talb li qed jagħmlu l-missjunarji flimkien mal-familji li jżuru, f’dawn iż-żjajjar qed tingħata kopja tal-ewwel ittra ta’ San Pawl lill-Korintin lil kull familja.
Flimkien ma’ adorazzjoni perpetwa li qed issir fil-Knisja ta’ Savina, biex din l-ażżjoni pastorali tħalli frott spiritwali, matul il-jiem taż-żjajjar qed ikun hemm diversi saċerdoti f’xi knejjes u kunventi lesti biex jagħtu direzzjoni spiritwali u biex joffru s-sagrament tal-Maħfra. Barra minn hekk, kull nhar ta’ Tnejn, nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa filgħodu, fil-Knisja ta’ San Ġakbu fir-Rabat, qed ikun hemm counsellors professjonali disponibbli għal min ikun jixtieq jitkellem magħhom.
Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org
URL to article: http://gozodiocese.org/2009/01/05/mandat-lil-missjunarji-missjoni-djocesana-2008-2009/
URLs in this post:
[1] Flash Player: http://www.macromedia.com/go/getflashplayer
[2] a browser with Javascript support: http://www.mozilla.com/firefox/
Click here to print.
Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.