Archive for January, 2009

Guzeppa Debono Home Celebrates Pro-Life Day 2009

 prolife-day-2.jpg

The Strength of life in sufferings

Gozo will be the venue of Pro-Life Day 2009 to be celebrated for the first time on Friday 30th January 2009. This is going to be launched by Guzeppa Debono Home and a Soiree will be organized at Ta’ Frenc Restaurant. It will include a sumptuous 4-course Gala Dinner prepared by the renowned chefs at Ta’ Frenc, an auction of paintings by the young Gozitan artist Christopher Saliba and also on site paintings by the same artist. Pieces of sculpture by another Gozitan artist, Victor Agius will also be auctioned. There will be time for instrumental music provided by various well known local musicians that will add to the magic of the Soiree.

Continue reading >>

Week of Prayer for Christian Unity - 2009

christianunity09.jpg

 

On Wednesday the annual Prayer for Christian Unity Service will be held at the Munxar Parish Church at 7pm organized by the Legion of Mary.

Bullettin tal-Ħadd - 18 ta’ Jannar 2009

bulletinlogo.jpg

Bullettin ta’ 2 Ħadd matul is-Sena (Sena B)

Il-bijoteknoloġija u l-bijoetika f’Malta
STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI TEOLOĠIKA TAL-ARĊIDJOĊESI TA’ MALTA

English Version

L-għan ewlieni tal-mediċina u l-bijoteknoloġija għandu jkun li jibni u jsaħħaħ ilkultura
favur il-ħajja. Hekk kien sostna l-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1995 fl-Enċiklika tiegħu Evangelium vitae (L-Evanġelju tal-Ħajja). Il-progress filbijoteknoloġija ta’ llum ġab miegħu tamiet kbar, iżda ħoloq ukoll theddidiet u riskji ġodda għall-ħajja umana, b’mod partikolari fil-bidu tagħha, meta l-ħajja umana hija dgħajfa u bla difiża.

Nizzel l-istqarrija Il-bijoteknoloġija u l-bijoetika f’Malta

Informazzjoni utli għal min jixtieq iqerr, ikellem saċerdot jew counsellor
Missjoni Djoċesana
2-25 ta’ Jannar 2009

logo-missjoni-djocesana.jpg
Matul il-jiem taż-żjajjar fil-familji, li qed isiru f’dawn il-jiem bħala parti mill-Missjoni Djoċesana, fid-Djoċesi wieħed jista’ jsib servizz ta’ qrar, direzzjoni spiritwali u counselling f’dawn il-postijiet u ħinijiet:

Continue reading >>

APPLIKAZZJONI GĦAD-DĦUL FIL-KINDER 1 FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA F’GĦAWDEX
SENA SKOLASTIKA 2009-2010

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni u l-Kultura javża li se joħorġu l-applikazzjonijiet għad-Dħul fil-Kinder 1 fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex għas-sena skolastika 2009-2010. It-tfal li jiġu reġistrati jridu jkunu twieldu fis-sena 2006.

Mis-sena skolastika li ġejja (2009-2010), it-tfal li jidħlu fl-iskejjel Kindergarten tal-Knisja f’Għawdex ikunu jistgħu jkomplu l-iskola sekondarja fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex: fis-Seminarju Minuri fil-każ ta’ tfal subien, u fil-Konservatorju tal-Isqof (Skola Sekondarja) fil-każ ta’ tfal bniet.

Il-formoli tal-applikazzjoni għandhom jinġabru mill-Kurja ta’ Għawdex it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, 19, 21 u 23 ta’ Jannar 2009, bejn id-9.00 u l-11.00 ta’ filgħodu. L-applikazzjonijiet jinġabru mill-uffiċċju tar-Receptionist kif tidħol il-Kurja.

Il-formoli tal-applikazzjoni, mimlija kif suppost u bid-dokumenti meħtieġa magħhom, iridu jiġu ppreżentati fl-istess post fil-Kurja l-ġimgħa ta’ wara, jiġifieri t-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa 26, 28 u 30 ta’ Jannar 2009, bejn id-9.00 u l-11.00 ta’ filgħodu.

L-ewwel Ittra lill-Korintin
Riflesjoni għall kull ġurnata għax-xahar ta’ Jannar

 sena-pawlina-logo.jpglogo-missjoni-djocesana.jpg

 L-EWWEL ITTRA LILL-KORINTIN

KALENDARJU GĦAS SENA PAWLINA - JANNAR 2009

1 ta’ Jannar

Pawlu, li Alla ried isejjaħlu biex ikun appostlu ta’ Kristu Ġesù…, lil dawk li tqaddsu fi Kristu Ġesù…, grazzja u sliem mingħand Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu.  (1Kor 1, 1-3)

Kemm inħossni msejjaħ/msejħa biex inkun appostlu ta’ Kristu Ġesù fil-Knisja Ommi u fid-dinja?

2 ta’ Jannar

Jiena niżżi ħajr dejjem lil Alla tiegħi minħabba fikomgħall-grazzja li Alla takom, lilkom fi Kristu Ġesù, (1, 4)

Niżżiħajr xejn lil Alla tal-grazzja kbira li tani li nkun membru tal-Knisja ta’ Kristu?

Continue reading >>

Titħabbar il-mewt tal-Ġiżwita Għawdxi Ġwann Azzopardi

Ilbieraħ, il-Hamis, 8 ta’ Jannar 2009, miet Fr. Ġwann Azzopardi, S.J. mix-Xagħra. Ġwann Azzopardi miet fid-Dar tal-Kleru f’Birkirkara, Malta, fl-età ta’ 69 sena.

 

Ġwann Azzopardi kien student Ġizwita li marad wara li għamel l-istudji Univeristarji fil-Letteratura u l-istudji tal-Filosofija fi Franza. Kien jaghmel parti mill-komunità ta’ Manresa, iżda issa kien ilu ’l fuq minn 15-il sena fid-Dar tal-Kleru.

 

Il-funeral se jsir għada, is-Sibt, 10 ta’ Jannar,  f’Dar Loyola, in-Naxxar fl-10.30 ta’ filgħodu.

 

Ningħaqdu mal-familjari ta’ Ġwann Azzopardi u mal-Komunità tal-Patrijiet Ġiżwiti f’talba lil Alla biex jilqgħu fi ħdanu fil-ferħ tal-Ġenna.

 

Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi lilu, jistrieħ fil-paċi. Ammen.