Archive for January, 2009

27 ta’ Jannar 2009

The Maltese Herald Logo

Fil-ħarġa ta’ din il-ġimgħa ta’ The Maltese Herald, Charles Spiteri jikteb dwar il-ftuħ tat-tieni fażi tal-Missjoni Djoċesana

Il-Ħajja f’Għawdex - Jannar 2009

jannar2009cover.jpg

Il-Ħajja f’Għawdex hija rivista ta’ kull xahar maħruga mid-Djoċesi ta’ Għawdex. L-ewwel ħarga kienet f’Ġunju 1945 u issa ninsabu fil-ħarga numru 904. Din ir-rivista tista tinkiseb mill-ħwienet reliġjuzi ġewwa Għawdex jew inkella direttament minn Lumen Christi Bookshop, Rabat Għawdex.

Artikli online minn din il-ħarġa

Fi tmiem il-Missjoni Djoċesana (it-tieni fażi)
Poeżija tal-Kav Joe M Attard

logo-missjoni-djocesana.jpg

Għawdex tagħna daq il-benna
Tal-Missjoni Djoċesana
Illi fiha dlonk taw sehemhom
Għadd t’Għawdxin kollha ħerqana.

Għal ġimgħat sħaħ ta’ thejjija
Kollha ltaqgħu dawn flimkien,
Fil-parroċċa jew f’Ta’ Pinu
Biex jitolbu bla dewmien

Biex l-ispirtu lkoll isuqhom
ħalli jagħmlu ftit tal-ġid,
U ‘l-aħbar it-tajba’ jwasslu
B’rieda soda tal-ħadid.
Continue reading >>

Żjara tal-President tar-Repubblika ta’ Malta lill-Kappillani Għawdxin- 24 ta’ Jannar 2009

Bullettin tal-Ħadd - 25 ta’ Jannar 2009

 bulletinlogo.jpg

Bullettin ta’ 3 Ħadd matul is-Sena (Sena B)

Ġbir għall-Vittmi tal-Gwerra fil-Palestina

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jiġbor materjal għall-vittmi tal-gwerra fil-Palestina. Il-materjal li qed jinġabar jikkonsisti f’ħaxix fil-bottijiet, tonn taż-żejt, kutri u ilma. Il-ġbir se jsir nhar il-Ħadd li ġej, 25 ta’ Jannar. L-oġġetti għandhom jittieħdu fl-Uffiċċji tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex, fil-Ħeliport, bejn it-8.00am u l-4pm.

Laqgha Pubblika
Socjeta’ Azzmatici Maltin

Se ssir laqgħa pubblika ghall-Għawdxin dwar il-kundizzjoni tal-ażżma. Kwazi terz tal-popolazzjoni f’pajjizna tbati minn din il-kundizzjoni.

Laqgħa Pubblika

Data:             It-Tnejn 26 ta’ Jannar 2009
Post:             Lecture Room, Sptar General ta’ Ghawdex
Hin:               10.30 a.m.
Kelliema:      Ms Rita Galea (Nursing Officer); Ms Franca Mizzi (Deputy Nursing Officer)

L-Imħabba fit-tagħlim ta’ San Pawl
Katekeżi dwar San Pawl

sena-pawlina-logo.jpgMeta nikkunsidraw il-virtu’ tal-imħabba fit-tagħlim ta’ San Pawl, żgur li qed immissu l-aqwa virtu’ u hi l-qalba tal-moralita’ Kristjana.  Tant li t-terminu mħabba ma jonqosx mill jidher kważi f’kull ittra Pawlina b’ċerta qawwa u prominenza.  X’jifhem Pawlu meta jitkellem mill-imħabba jew jipproponiha lill-Insara?

Niżżel il-Katekeżi  dwar San Pawl